Barranin
L-ishma Amerikani fetħu qrib livelli għolja rekord qabel l-inawgurazzjoni ta’ Biden

Muniti

L-isterlina waqgħet mill-ogħla livell ta’ $1.3719, l-ogħla mill-2018 fost saħħa ġdida tad-dollaru. L-ottimiżmu dwar il-kampanja ta’ tilqim fir-Renju Unit u inqas każi aktar qabel saħħew lill-isterlina. Id-dollaru qed jistenna l-ewwel passi ta’ Joe Biden bħala President. Investituri moderati li nnegozjaw fl-isterlina kontra l-ewro estendew it-tnaqqis u żiedu mat-tnaqqis ta’ 1.40%, u l-munita laħqet l-inqas livell minn nofs Mejju 2020.

L-investituri fl-ewro appoġġjaw lill-munita wara qawmien fis-sentiment ta’ riskju u dgħufija usa fid-dollaru. Iż-żieda tiddependi mill-inawgurazzjoni ta’ Biden u l-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew. Huwa ovvju ser ikollu maġġoranza fil-Kungress u jipproponi aktar stimulu, madankollu pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti jistgħu jtappnu is-saħħa fl-ewro.

Indiċi

L-ishma Amerikani fetħu qrib livelli għolja rekord hekk kif Joe Biden kien qed iħejji għaċ-ċerimonja, waqt li l-kumpanija Netflix żdiedet wara li ħabbret li mhux ser ikollha tissellef biljuni ta’ dollari biex tiffinanzja ix-shows televiżivi u l-films tagħha. L-indiċi Nasdaq żdied 1.10% għal-livell għoli rekord.

L-ishma Ewropej żdiedu wara li l-manifattur tat-tagħmir taċ-ċips elettronic I ASML u l-grupp ta’ oġġetti ta’ lussu Żvizzeru Richmont taw aġġornamenti inkorraġġanti dwar il-bejgħ, waqt li l-investituri ttamaw għal pakkett fiskali ta’ għajnuna mill-Istati Uniti hekk kif Biden jieħu r-riedni tal-poter.

Ishma

Ishma f’territorju negattivi u pożittiv kienu l-istess fin-numru, għalkemm il-kobor tal-bidla kien imxaqleb aktar lejn in-negattiv u b’hekk l-indiċi tilef 0.03%. L-RS2 Software avvanzaw aktar minn 1% bil-Malta International Airport u l-GO jiżdiedu b’0.82% u 0.58% rispettivament. Il-Malta Property Company,u Simonds Farsons Cisk tilfu 1.6% u 1.95% rispettivament waqt li l-Plaza Centres tilfu 4%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds il-moviment kien l-aktar f’territorju negattiv. Il-Von Der Heyden Group żdiedu 1.29% bl-International Hotel Investments u in-1923 Investments jiżdiedu b’nofs punt perċentwali. Best deal Properties tilfu 0.77%, isegwu mill-qrib dawk ta’ Shorelines. Il-Bank of Valletta 2030 qrib iżda anqas minnn 3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ għal aktar minn $56 kull barmil, sostnut mill-aspettativi li l-amministrazzjoni ġdida Amerikana ser tħabbar infieq fuq stimulu massiv li jqajjem id-domanda, kif ukoll mit-tnaqqis mill-OPEC u tbassir ta’ tnaqqis fil-ħażniet Amerikani. Janet Yellen, nominat bħala Segretarju tat-Teżor appellat lill-membri tal-Kungress biex jaġixxu bil-qawwa fuq in-nefqa ta’ stimulu. Waqa’ fil-valur tad-dollaru wara l-kummenti tagħha għen l-irkupru fil-prezz taż-żejt.

L-aħbarijiet finanzjarji huma miġbura minn BNF Bank.