Barranin
L-ishma bankarji Ewropej jirkupraw b’mod qawwi

Muniti

Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Federal Reserve fit-tnaqqis tar-rati tal-interessi. Il-Bank Ċentrali Żivzzeru ma bidilx ir-rata tal-interessi li kienet -0.75% kif kien mistenni minn bosta analisti. Huwa żamm ir-rata li jitlob għal flus żejda li jżomm għall-banek kummerċjali, iżda għolla l-limiti li fih ir-rata negattiva tibda taħdem.

L-isterlina issodat illum, hekk kif l-investituri qed jistennew l-istatistika dwar il-bejgħ bl-imnut u l-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Bank of England il-ġimgħa d-dieħla.

It-tkabbir fil-bejgħ bl-imnut kien mistenni li waqaf matul Awwissu, skont l-istħarriġ ta Reuters fost ekonomisti, waqt li t-tkabbir minn sena għal sena ser jitbaxxa minn 3.3% għal 2.9%.

Indiċi

Irkupru qawwi fl-ishma bankarji għall-ewwel darba f’erba’ sessjonijiet żied lill-ishma Ewropej wara li l-Federal Reserve Amerikan naqqas ir-rata tal-interessi iżda għolla l-limitu għal aktar tnaqqis.

L-ishma bankarji Ewropej żdiedu b’1.4%, l-aktar fost is-setturi ewlenin, u bbenefikaw ukoll minn investituri li jbiddlu l-ishma f’ishma li ma jkunux sejrin tajjeb. Il-banek huma l-unika settur ewwlieni minn taħt din is-sena.

Banek ċentrali madwar id-dinja qed jillaxkaw il-politika monetarja biex iwaqqfu tnaqqis fit-ritmu tat-tkabbir ekonomiku. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Bank Ċentrali Ewropew naqqas ir-rati tal-interessi fit-territorju negattiv u talab lill-gvernijiet li jagħmlu iżjed biex iqajmu l-ekonom iji.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla, xprunati minn Microsoft Corporation u l-ishma tal-enerġija, jum wara li l-Federal Reserve baxxa r-rati tal-interessi kif mistenni iżda naqqas it-tamiet għal aktar illaxkar monetarju.

Ekwiti Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.87%; l-International Hotel Investments b’0.62%; il-Malta International Airport tbaxxew b’6.49%. L-RS2 Software avvanzaw b’0.53%, waqt li Tigne Mall kellha l-akbar żieda ta’ 3.89%. Il-Lombard Bank of Mapfre MiddleSea ma kellhom ebda bidla.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 tilfu 1.20%; il- Mediterranean Investments Holdings 2022 naqqsu b’1.47% waqtli l-Hili Properties 2025 tilfu 2.42%, Min-naħa l-oħra, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu 2.42%, il- Mercury Projects Finance 2027 żdiedu b’0.49%, il-Phoenicia Finance Company 2023/28 b’0.34% u il-Hili Finance Company p.l.c 2029 was up by 0.25%

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bil-qawwi illum sostnuti minn riskju ta’ provvista hekk kif is-suq qed jistudja l-effetti tal-attakki fuq faċilitajiet tal-Gharabja Sawdija. Il-Brent kien bil-$64.49 u l-United States West Texas Intermediate żdied 1.02% għal %58.56.

L-attakki waqqfu kwazi nofs il-produzzjoni tal-Arabja Sawdija u llimitaw il-kapaċità żejda tal-pajjiż, li tkun serħan għas-swieq f’każ ta’ waqfien mhux ippjanat.

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif l-investitui xtraw assi aktar sikuri hekk kif saru aktar kawteli dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru waqa’ l-ġimgħa li għaddiet, u…

Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Aktar