L-ishma Ewropej affettwati mill-coronavirus

L-ewro tbaxxa qrib id-$1.08 u d-Dollaru Awstraljan tbaxxa għall-inqas rata fi 11-il sena hekk kif l-imxija tal-coronavirus barra ċ-Ċina qed twassal għal biża’ ta’ pandemija u wasslet biex investiture jmorru g-adodllaru Amerikan.

Il-yen u l-Frank Żvizzeru, meqjusa bħala muniti sikuri żdiedu, iżda mhux b’ħafna, u dan wera kemm id-dollaru qed ikun l-munita li qed jagħżlu ħafna mill-investituri għaliex l-ekonomija Amerikana hija meqjusa bħala kennija biżżejjed jekk il-virus jimxi globalment.

L-Isterlina tbaxxiet illum għax il-biża’ li qed jikber dwar l-impatt ekonomiku tal-coronavirus  inkoraġġixxa lill-investituri li jmorru għas-sigurtà tad-dollaru.

Il-parti l-kbira tal-analisti jaraw lill-ekonomija Amerikana bħala l-aktar waħda li relattivament hija protetta hekk il-virus jolqot lill-ekonomija globali b’mod sinifikanti.

Indices

Żieda fil-każi tal-coronavirus barra ċ-Ċina naqqas kważi €480 Biljun mill-valur tal-ishma Ewropej illum għax l-investituri fittxew is-sikurtà tad-deheb meqjus sikur fost biża ta’ impatt akbar fuq it-tkabbir ekonomiku globali.

Id-Dow Jones kien riesaqa lejn telf ta’ 800 punt fil-ftuħ hekk kif l-investituri marru għal assi sikuri minħabba t-tixrid tal-virus barra ċ-Ċina.

L-indiċi lokali tilef 1.26%.

Shares

L-ishma lokali llum kienu b’mod ġenerali negattivi. Il-Lombard Bank żdiedu bi kważi 1% waqt li l-RS2 Software u l-HSBC tilfiu bl-istess kobor. L-International Hotel Investments u l-Maltas International Airport  it-tnejn tilfu 5%.

Bonds

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet aktar bilanċjata. L-International Hotel Investments, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.5% u 1% rispettivament. HalMann Vella u l-Bank of Valletta tilfu madwar 0.5%.  Id-Dizz Finance tilfu 1.33%.

Ir-rendiment tal-bonds Ġermaniżi għal 30 sena saru negattivi għall-ewwel darba minn Ottubru, jigifieri l-kurvatura tar-rendiment sħiħa għall-akbar ekonomija fl-Ewropa reġgħet fin-negattiv minħabba il-biża’ tal-coronavirus.

L-investituri diġà qed jaħsbu dwar iċ-ċansijiet li qed jikbru li l-Bank Ċentrali Ewropew ser inaqqas ir-rati tal-interess aktar qabel milli maħsub biex jirrifletti l-biża’ li qed tikber li l-coronavirus jinfirex aktar u jolqot sewwa l-ekonomija taż-żona euro.

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu 4% hekk kif iż-żieda rapida fil-virus barra miċ-Ċina żieda tat-tħassib tal-investituri dwar l-impatt fuq id-domanda għaż-żejt mhux maħdum.

Id-deheb u l-idda laħqu l-iskop tagħhom bħala assi sikuri u żdiedu 2% u 1.3% rispettivament.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum għall-bidu żamm sod, iżda imbagħad ċeda għal pressjoni tal-bejgħ hekk kif riesaq il-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad. L-għadd ta’ Amerikani li applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad fl-aħħar tliet ġimgħat żdied għal…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Id-dollaru llum resaq lejn żieda ta’ 2% f’ġimgħa, mgħejun minn żieda fil-prezz taż-żejt u waqt li l-investituri fittxew il-kenn fost impatt ta’ ħsara fuq l-ekonomija mill-pandemija tal-coronavirus. Iż-żidiet ikkonsolidaw is-saħħa…

Aktar