Barranin
L-ishma Ewropej bl-ogħla livell f’erba’ snin

Muniti

L-isterlina llum tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimagħtejn wara li żewġ uffiċjali tal-Bank of England bla mistenni jivvutaw sabiex inaqqsu r-rati tal-interessi dan ix-xahar, u oħrajn qalu li huma jikkunsidraw tnaqqis jekk il-problemi globali u dwar Brexit ma jitilqux. Il-Bank 0f England qal li l-Kumitat tal-Politika Monetarja tiegħu li fih disa’ membri vvota 7 kontra 2, biex iżomm ir-rata ewlenija f’0.75%, b’kuntrast qawwi mat-tbassir fi stħarriġ minn Reuters għal deċiżjoni unanima.

Id-dollaru Amerikan żdied kontra l-yen, wara li kummenti minn kelliem għall-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż dwar it-termini dwar ftehim kummerċjali possibbli mal-Istati Uniti ħajru lill-investituri biex jbiegħu muniti meqjusa sikuri bħall-yen. L-ewro tilef 0.1% kontra d-dollaru, u tbaxxa għall-inqas rata fi tliet ġimgħat wara statistika pożittiva mill-Istati Uniti.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu għall-ħames sessjoni infila llum, u laħqu l-ogħla livell f’erba’ snin wara li l-investituri laqgħu bil-ferħa sinjali ta’ progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u rapporti finanzjarji tajbin minn numru ta’ kumpaniji.

L-indiċi ewlenin f’Wall Street kienu resqin lejn livelli għolja rekord sostnuti minn sinjali ta’ progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u u rapporti tajbin mill-kumpaniji.

Ekwiti Lokali u Bonds

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta wrew żieda ta’ 1.82%; il-GO tilfu 0.47%; il-Malita Inverstments żdiedu bi 2.21%; il-Malta Properties Company kellhom tnaqqis ta’ 1.52%; il-Mapfre Middlesea tilfu 0.91% u l-Medserv kellhom l-akbar żieda ta’ 8.33%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali,il-Pendergardens Developments 2022 tilfu 4.55%; l-AX Investments 2024 tbaxxew b’1.74%; l-SD Finance 2027 tilfu 1.37%; l-iStivala Group Finance 2027 tbaxxew b’0.48%; il-Virtu Finance 2027 tilfu 0.03%; kien hemm tnaqqis ta’ 0.10% fil-Bortex Group Finance 2027 u żieda ta’ 1.01% fil-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje).

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt illum żdied ’il fuq minn $62 wara li ċ-Ċina tat ħjiel ta’ progress lejn ftehim mal-Istati uniti, u b’hekk kabbret it-tamiet ta’ tmiem għal tilwima twila li kellha effett negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għaż-żejt.

Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż qal li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu fil-ġimagħtejn li għaddew li jikkanċellaw it-tariffi f’fażijiet differenti mingħajr ma’ ta żmien għal dan.

It-tilwima kummerċjali wasslet analisti li jbaxxu t-tbassir għad-domanda għaż-żejt u kabbru t-tħassib li żejt żejjed jista’ jiżviluppa fl-2020. Il-prezz taż-żejt tbaxxa lbieraħ, l-aktar minħabba tħassib li ftehim maċ-Ċina jista jittardja.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa llum, u tilef xi ftit mill-appell tiegħu ta’ assi sikuri minħabba li sinjali ta’ progress lejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qajmu l-interess fis-swieq finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar