Barranin
L-ishma Ewropej irkupraw wara l-agħar ġimgħa f’xahrejn

Muniti

Muniti aktar riskjużi illum marru l-aħjar hekk kif id-dollaru Awstraljan u dak Kanadiż żdiedu matul il-jum. L-ewro tilef 0.90% kontra d-dollaru Awstraljan u 0.36% kontra dak Kanadiż. Għalkemm tilef kontra d-dollaru Amerikani filgħodu, l-ewro wara nofsinhar irpilja u żdied b’0.40%. Żieda fis-sentiment ta’ riskju fissret negattività għall-yen u dan tilef 0.55% kontra l-ewro.

Żieda fil-prezzijiet taż-żejt sostnew lill-muniti ibbażati fuq il-prodotti essenzjali bħad-dollaru Awstraljan u dak Kanadiz kontra d-dollaru Amerikan hekk kif l-ottimiżmu dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji kabbar is-sentiment għar-riskju.

L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rati f’xahrejn kontra d-dollaru u l-ewro, hekk kif xniegġat dwar rati negattivi ta’ interessi mill-Bank of England u ebda ftehim fit-taħditiet dwar Brexit żammew lill-munita f’firxiet dojoq. Iżda wara nofsinhar l-isterlina ħadet lura t-telf kontra d-dollaru u l-ewro u wriet żieda ta’ 0.33% kontra l-ewro u 0.80% kontra d-dollaru.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw wara l-agħar ġimgħa f’xahrejn hekk kif l-investituri wrew it-tama għal irkupru ekonomiku gradwali b’ħafna pajjiżi jillaxkaw il-miżuri dwar il-koronavirus.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti żdiedu mal-ftuħ minħabba li data inkorraġjanti dwar it-testijiet fuq vaċċin potenzjali kontra l-Covid-19 qanqal ottimiżmu, waqt li l-investituri wkoll qed jistennew aktar stimulu biex tkun salvata l-ekonomija millpwaqgħa minħabba il-virus.

Shares

Il-Borża ta’ Malta llum kienet kwieta b’negozju ta’ ftit ishma. Fost dawk negozjati kien hemm il-Malta International Airport li mar l-aħjar bi 2.04%. L-RS2 Software avvanzaw 1.52% u għalqu bil-prezz ta’ €2 kull sehem. Il-PG żdiedu għal €1.87 b’żieda ta 1.08%. L-International Hotel Investments u Simonds Farsons Cisk kienu nnegozjati mingħajr movimenti fil-prezz.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-AX Group 2029 it-Tieni Serje tilfu l-aktar bi 2.18%. l-International Hotel Investments 2025 tilfu 1.23%, il-Medserv 2020-2023 tbaxxew b’1.01%, it-Together Gaming Solutions 2024-2026 tilfu 0.46% u kien hemm tnaqqis ta’ 0.01% fil-Bank of Valletta 2030.

L-International Hotel Investments 2024 avvanzaw kważi 0.5% u l-Bortex Group Finance 2027 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.49%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu b’aktar minn $2 kull barmil, bil-Brent jilħaq l-ogħla prezz f’xahar u l-West Texas Intermediate jaqbeż it-$30 kull barmil mgħejjuna minn ottimiżmu dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji u tnaqqis fil-produzzjoni mill-produtturi ewlenin.

It-temp sajfi qed iħajjar ukoll lill-parti l-kbira tad-dinja sabiex toħroġ mill-għeluq tal-coronavirus. Ħwienet u ristoranti qed iħejju biex jiftħu fl-Italja, waqt li ċentri ewlenin tal-imxija bħal New York u Spanja qed jillaxkaw bil-mod ir-restrizzjonijiet. Madankollu analisti wissew li d-domanda mhix mistennija li tirkupra malajr il-livelli ta’ qabel il-pandemija.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu ż-żidiet ta’ filgħodu illum kienu fin-negattiv wara nofsinhar wara li filgħodu kienu laħqu l-ogħla prezz f’ħames ġimgħat. Il-prezz tal-fidda żdied iżda xorta aktar baxx minn filgħodu meta laħaq l-ogħla prezz fi 11-il ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar