Lokali
L-ishma Ewropej irpiljaw mill-inqas prezzijiet f’ġimagħtejn

Muniti

Id-dollaru ssoda kontra l-muniti ewlenin hekk kif l-investituri qed jistennew ir-riżultati tal-laqgħa tal-Federal Reserve f’Jackson Hole għal gwida dwar il-prospetti tal-politika monetarja tal-Istati Uniti. Kontra l-ewro, id-dollaru baqa’ fir-rata ta’ $1.1834, u żamm iż-żidiet tal-ġimgħa li għaddiet.

L-isterlina llum tilfet kontra l-ewro minħabba tħassib li għadu sejjer dwar il-Brexit, wara li n-negozjaturi Ingliżi u tal-Unjoni Ewropea nhar il-Ġimgħa qalu li ma sar ebda progress veru fl-aħħar taħditiet dwar ir-relazzjonijiet wara l-aħħar tas-sena.

Indiċi

L-ishma Ewropej irpiljaw mill-inqas prezzijiet f’ġimagħtejn hekk kif sinjali ta’ progress fl-iżvilupp tat-trattament għal Covid-19 warrab biża’ dwar qawmien mill-ġdid tal-virus madwar l-Ewropa li jista’ jirriskja jifga l-irkupru ekonomiku. Id-Dow Jones tela b’0.53% fil-ftuħ tan-negozju.

Shares

Il-movimenti fis-suq tal-ishma lokali illum kien mħallat. Il-BMIT Technologies kellhom l-akbar tnaqqis, ta’ 2.10%. Il-PG tilfu 1.60% u l-GO tbaxxew b’0.60%.

Il-Malta International Airport avvanzaw 3.32% u Simonds Farsons Cisk marru l-aħjar b’żieda ta’ 5.71%. Il-GlobalCapital u l-Malta Properties Company baqgħu bla movement minkejja n-negozju fihom.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Melite Finance 2028 tilfu 18.37% u l-International Hotel Investments 2024 tbaxxew b’1.76%. Min-naħa l-oħra, l-AX Group 2029 It-Tieni Serje u l-Cablenet Communications Systems 2030 it-tnejn avvanzaw 1%. Il-Bortex Group Finance 2027, l-Eden Finance 2027 u l-International Hotel Investments 2026 kollha żdiedu bi 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat żdiedu llum hekk kif il-maltempati resqin lejn il-Golf tal-Messiku, u għalqu aktar min-nofs il-produzzjoni u wara sinjali ta’ progress fl-iżvilupp ta’ trattament għal Covid-19.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu wara li waqa’ d-dollaru, u b’hekk id-deheb sar irħas għal dawk li kellhom muniti oħrajn, iżda t-tamiet dwar il-progress fit-trattament għal Covid-19 illimitaw il-progress fiż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar