Barranin
L-ishma Ewropej jieħdu r-ruħ bit-taħdit pożittiv bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti

Muniti

L-ewro żdiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi 11-il jum, mgħejjun minn aspettattivi li l-Istati Uniti u ċ-Ċina dalwaqt jiffirmaw ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ħalliet ħafna ħsara. L-ekonomija Ewropea, li hija orjentata lejn l-esportazzjoni, sofriet mit-tilwima bejn iż-żewġ l-akbar ekonomiji matul l-aħħat 16-il xahar, li laqtet lis-settur tal-manifattura globali. L-ewro żdied b’0.07% għal $1.1059 wara li qabel kien laħaq id-$1.1068, l-ogħla mis-7 ta’ Novembru. L-aħjar li marret kienet l-Isterlina b’żieda ta’ 0.5% kontra d-Dollaru għal $1.2966 u żdiedet għal 85.34 pence kontra l-ewro.

Indiċi

L-ishma Ewropej bdew il-ġimgħa b’nota pożittiva wara li l-mezzi tax-xandir tal-istat fiċ-Ċina qalu fi tmiem il-ġimgħa li Beijing u Washintgom bdew “taħditiet kostruttrivi” dwar il-kummerċ waqt telefonata ta’ livell għoli nhar is-Sibt. Madankollu, jidher li issa daħal il-pessimiżmu fiċ-Ċina u wara nofsinhar l-indiċijiet maġġuri kollha tbaxxew bil-CAC 40 ta’ Franza jitlef aktar minn 0.5%. L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn ftuħ baxx wara rapport qajjem biża’ dwar it-taħditiet bejn Washington u Beijing għax il-President Trump ma tantx jidher li huwa favur li jirtira t-tariffi, li ċ-Ċina taħseb li kien qabel dwarhom.

Fix-xena lokali, l-ishma tal-Bank of Valletta żdiedu bi 2.28%; il-BMIT Technoloġies b’0.97%; iżda kienu t-Trident Estates li kellhom l-akbar żieda dik ta’ 16.45%. F’territorju negattiv kien hemm it-Tigne Mall b’0.55%; il-FIMBank b’0.78% u l-HSBC Bank Malta bi 2.31%. Il-PG baqgħu bla ebda bidla.

Ishma

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020 tilfu 0.61%; il-Pendergardens Developments 2020 tbaxxew b’1.24% u l-Merkanti Holding 2026 naqsu b’0.29%. Fuq nota pożittiva kienu d-Dizz Finance 2026 b’1.06%; il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 b’0.67%; il-Mercury Projects Finance 2027 b’1.19% u l-Bank of Valletta 2030 (L-ewwel serje) b’0.5%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew, u tilfu wħud miż-żidiet tal-ġimgħa li għaddiet fost inċertezza dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Tħassib dwar provvisti qawwija ta’ żejt mhux raffinat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar