Barranin
L-ishma Ewropej jieħdu tisbita bit-tensjoni li qed tikber bejn il-Pakistan u l-Indja

Muniti

L-Isterlina estendiet iż-żidiet tagħha llum hekk kif l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li mhux ser ikun ħruġ Ingliż mill-Unjoni Ewropea bla ftehim u li l-ħruġ ser ikun pospost.

Bir-riskju dejjem jonqos li ma jkunx hemm ftehim, l-Isterlina laħqet l-ogħla ammont kontra d-Dollaru minn Settembru 2018 u l-aħjar rata kontra l-ewro minn Mejju 2017. Il-munita Ingliża laħqet ukoll l-aħjar rata tagħha minn April 2017 kontra basket ta’ muniti ta’ sħab kummerċjali.

Ir-rati tal-aktar muniti negozjati fid-dinja tbaxxew hekk kif il-banek ċentrali qed jieħdu atteġjament iebes monetarju li temm irkupru qasir lejn tmiem l-2018 u l-investituri qed jittamaw li avvenimenti bħal Brexit ser iqajmu lis-swieq moribondi x-xaħar id-dieħel.

Il-volatilità hija kruċjali għall-investituri, li jistgħu jiksbu aktar profit hekk kif il-prezzijiet jinbidlu aktar malajr. Iżda r-rata tal-kambju tal-ewro kontra d-dollaru – l-aktar par negozjat fid-dinja – tinsab fl-inqas firxa ta’ negozju minn mindu daħlet il-munita unika.

Kull impatt negattiv fuq id-dollaru mill-pawsa fiċ-ċiklu ta’ żieda fir-rati tal-interessi tal-Federal Reserve tkisser minn Bank Ċentrali Ewropew kawt li għandu quddiem ekonomija taż-żona tal-ewro li qed titħabat.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu f’negozju bikri llum wara tlitt ijiem ta’ żieda fost tensjoni li qed tikber bejn il-Pakistan u l-Indja u twissija mill-kumpanija tal-kura tal-ġilda, Beiersdorf, waqt li tbaxxew l-ishma ta’ Air France-KLM u Marks and Spencer.

L-iSTOXX 50 tilef 0.21% wara li l-bieraħ laħaq l-ogħla livell minn Ottubru. Il-boroż l-oħra kontinentali kienu kollha f’territorju negattiv.

Il-FTSE 100, li huwa kompost fil-parti l-kbira minn kumpaniji tal-esportazzjoni ma mexxiex mas-suq hekk kif l-Isterlina baqgħet qrib l-ogħla rati f’ħames xhur kotnra d-dollaru fost tamiet ġodda li ser ikun evitat Brexit b;a ftehim.

Il-prezz taż-żejt żdied għat-tieni jum xprunat minn tnaqqis mhux mistenni fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum tal-Istti Uniti u wara li l-Arabja Sawdija dehret mhux milquta minn pressjoni tal-President Trump biex tevita prezzijeit irħas.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Aktar