Barranin
L-ishma Ewropej jitbaxxew fost statistika diżappuntanti dwar l-industriji u l-inflazzjoni

Muniti

Wara li wasal sal-faxxa ta’ bejn $1.0880 u $1.0875 kmieni fis-sessjoni, l-ewro rnexxielu jikseb xi żieda kontra d-dollaru u kien qed jiġi nnegozjat għal $1.09, 0.1% ogħla. Il-par kienu taħt pressjoni akbar ta’ bejgħ fl-ewwel nofs ta’ din il-ġimgħa wara riżultati fqar mill-Ġermanja, waqt li ċ-ċifri tal-inflazzjoni taż-żona tal-ewro llum juru nuqqas ta’ żieda. Ir-reazzjoni tal-ewro, madanakollu, kienet kwieta hekk kif l-investituri prattikament antiċipaw ir-riżultati, partikolarment wara l-istatistika Ġermaniża.

Sadattant, l-ewro żdied kontra l-Isterlina b’0.18%, b’0.79% kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.27% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.25% kontra l-Yen u 0.31% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew fost statistika diżappuntanti dwar l-industriji u l-inflazzjoni.

Il-FTSE 100 tilef 0.27%, l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.19%, id-DAX b’0.16% u l-CAC 40 b’0.21%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.37% ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.54%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, it-Trident Estates, il-Malita Investments, il-MIDI u l-Plaza Centres żdiedu aktar minn 0.90%. Sadattant, il-GO, il-Malta Properties Company u l-International Hotel Investments tbaxxew b’aktar minn 0.90%, bl-International Hotel Investments jitilfu l-aktar b’5.81%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje), il-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 żdiedu b’aktar minn 0.90%. Sadattant, il-MeDirect Bank (Malta) 2019, il-MIDI 2026, il-Medserv 2026 u l-Eden Finance 2027 tbaxxew bi 2.82%, 1.43%, 0.99% u 0.09% rispettivament.

Iż-żejt Brent żdied b’1.08% għal $59.89 u l-United States Light Crude kellu żieda ta’ 1.20% għal %54.72. Sadattant, id-deheb tilef 0.40% għal $1,466.65 u l-fidda żdiedu 0.63% għal $17.10.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif l-investitui xtraw assi aktar sikuri hekk kif saru aktar kawteli dwar il-progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru waqa’ l-ġimgħa li għaddiet, u…

Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Aktar