Barranin
L-ishma Ewropej tbaxxew illum hekk kif l-investituri beżgħu li l-Covid-19 ser ikisser kull tama ta’ rkupru

Muniti

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat pożittivament kontra d-dollaru u bi ftit tibdil kontra l-Isterlina. L-ewro żdied 0.18% kontra d-dollaru tilef 0.06% kontra l-Isterlina.

Id-dollaru baqa’ taħt l-ogħla rata għal tliet ġimgħat qabel diskors miċ-Chairman tal-Federal Reserve, Jerome Powell wara spekulazzjoni qawwija li l-Istati Uniti tista’ tintroduċi rati ta’ interess negattivi.

L-Isterlina rkuprat xi ftit, għalkemm baqgħet vulnerabbli hekk kif l-investituri studjaw il-benefiċji tal-appoġġ mill-gvern biex jilqa’ lill-ekonomija mill-pandemija mqabbla mal-ispejjeż finanzjarji biex dan isir.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew illum hekk kif l-investituri beżgħu li qawmien fil-każi tal-Covid-19 ser ikisser kull tama ta’ rkupru malajr fl-ekonomija globali, waqt li s-sentiment kompla jintlaqat ħażin mit-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Unit u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn tnaqqis fil-ftuħ fid-Dow Jones wara li kumpaniji ewlenin kellhom it-tieni jum ta’ telf u n-Nasdaq waqaf minn sitt ijiem ta’ żieda.

Ishma

Is-suq lokali tal-ishma llum kien kwiet biftit bidliet reġistrati. L-RS2 Software tilfu 4.57% għal €1.88 kull sehem. Fin-naħa pożittiva, il-Malta International Airport żdiedu 0.82% u għalqu bil- prezz ta’ €4.90. Main Street Complex żdiedu bi 3.11%.

Il-BMIT Technologies, il-Bank of Valletta, il-Malta Properties Company u Simonds Farsons Cisk kollha kienu negozjati bla movement fil-prezz.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 tilfu 0.49% u l-SP Finance 2029 tilfu 0.20%. Il-Mediterranean Investments Holding 2021 żdiedu b’0.29%, il-Hili Properties 2025 b’0.50%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 bi kważi 1%, id-Dizz Finance 2026 b’1.03% u l-International Hotel Investments 2025 marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.53%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum hekk kif il-pjani tal-OPEC u l-alleati biex ikabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni ttappnu bi tħassib dwar id-domanda minħabba l-possibiltà ta’ mewġa oħra tal-coronavirus hekk kif qed jiġu llaxkati l-miżuri. Madankollu, wara nofsinhar kemm il-Brent kif ukoll il-West Texas Intermediate kisbu lura t-telf u kienu qed jinnegozjaw pożittivament.

Kien hemm żieda fil-prezz tad-deheb hekk kif is-swieq qed jistennew id-diskors taċ-Chairman tal-Federal Reserve għal ħjiel dwar ir-rati tal-interessi wara statistika ekonomika mill-agħar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar