Barranin
L-ishma Ewropej tbaxxew minħabba dubji dwar ftehim kummerċjali wara Brexit

Id-dollaru Amerikan illum ħa ftit tan-nofs wara ġimgħa ta’ inkwiet li tefgħetu taħt il-livelli ewlenin ta’ sostenn hekk kif it-telf fil-valur ħajjar l-investituri b’xiri għal żmien qasir li jkunu jridu jagħmlu qliegħ malajr.

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-ishma Amerikan qed itawlu l-valutazzjonijiet qrib l-ogħla livell f’bosta snin, u qed tħalli lill-investituri jiddeterminaw jekk l-irkupru hux sinjali ta’ rkupru ekonomiku li ġej jew bużżieqa fil-prezz f’nofs il-pandemija globali. Wara żieda ta’ 15% minn sena ‘l hawn, l-S&P 500 kien qed jinnegozja bi 22 imqabbel mal-livell storiku ta;’ 15.3. Is-settur tat-teknoloġija li jagħmel kważi 28% fl-indiċi qed ikun negozjati fil-proporzjon ta’ 24.4 darbiet aktar imqabbel  medja storika ta’ 20.6.

L-ishma Asjatiċi tbaxxew wara rapport li qal l-Istati Uniti lesti li tard illum żżid tużżani ta’ kumpaniji Ċiniżi, inkluża l-akbar kumpanija taċ-chips tal-kompjuter SMIC mal-lista tal-bojkott kummerċjali.

In-negozjaturi tasr-Renju Unit utal-Unjoni Ewropea komplew bit-taħditiet kummerċjali biż-żewġ naħat iwissu li għadhom ‘il bogħod sewwa fuq bosta kwistjonijiet u qed isir aktar ċar li t-taħditiet resqin lejn falliment. Inqas minn ġimagħtejn qabel ma r-Renju Uniti finalment jitlaq mill-Unjoni, it-tnejn qalu li baqgħu differenzi kbar, bis-sajd jidher li huwa l-akbar ostaklu għal ftehim li jipproteġi kważi triljun dollari ta’ kummerċ minn tariffi u kwota meta jintemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni fi tmiem is-sena. Il-Ministru tal-iskejjel Ingliż, Nick Gibbn qal li hija sitwazzjoni serja ħafna.

L-ishma Ewropej tbaxxew minħabba d-dubji dwar ftehim kummerċjali wara Brexit u tensjonijiet ġodda bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina llum iż-żidiet fi tmiem ġimgħa tajba ħafna.

L-Aġenzija Internazzjonali tal-enerġija qalet li d-domanda globali għall-faħam mistennija li tiżdied bi 2.6% is-sena d-dieħla wara tnaqqis qawwi minħabba l-pandemija din is-sena, hekk kif l-irkukpru fl-attività ekonomika ser iżid l-użu għall-elettriku u l-produzzjoni industrijali.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew iżda baqgħu qrib l-ogħla livell ta’ disa’ xhur hekk kif iż-żieda fil-każi tal-Covid-19 qed ikollha effett ħażin fuq il-fjuwil u waqt li l-leġislaturi Amerikan jiġġieldu dwar il-pakkett ta’ stimulu ekonomiku ta’ $900 b iljun.