Barranin
L-ishma Ewropej żdiedu mmexxija minn setturi li mistennija jirkupaw

Muniti

Bidla sottili fil-gwida miċ-Ċerman tal-Federal Reserve Jerome Powell kienet biżżejjed biex baxxiet għal darb’oħra lid-dollaru kontra l-isterlina, l-ewro u muniti ewlenin oħra. Sadattant, skont xi analisti, xejriet mis-swieq tal-bonds ta’ terminu qasir jistgħu jfissru li l-irkupru fir-rata tal-isterlina kontra d-dollaru jista’ jestendi fil-jiem li ġejjin.

L-ewro żdied kontra l-muniti ewlenin kollha u mhux biss kontra d-dollaru Amerikan. Il-munita unika write żieda ta’ 0.29% kontra l-Isterlina, 0.33% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.67% kontra l-Yen Ġappuniż.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum immexxija minn setturi li mistennija jibbenefikaw minn irkupru ekonomiku usa, hekk kif il-Federal Reserve tal-Istati Uniti wera li lest iħalli l-illaxkar fil-politika monetarja, waqt li l-ishma tal-bank Ingliż Standard Chartered tbaxxew hekk kif ħadu tisbita l-profitti. L-ishma fil-bank tilfu 5% minkejja li ta d-dividend u rriafferma l-miri fit-tul dwar il-profitti f’wirja ta’ fiduċja dwar l-abbilta tiegħu li jirkupra mill-pandemija tal-Covid.

L-indiċi usa tas-settur bankarju Ewropew, madankollu żdied b’1.4%, u ibbenefika f’parti minn dħul akbar mill-bonds, li qed jiżdied fuq tamiet qawwijA ta’żieda fl-inflazzjoni b’titjib fl-ekonomija globali.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street fetħu aktar baxxi llum hekk kif l-ishma tal-kumpaniji l-kbar tat-teknoloġija baqgħu taħt pressjoni b’żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor, waqt li data wriet li t-talbiet għall-benefiċċju tal-qgħad naqsu aktar milli kien mistenni.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-GO tilfu l-aktar, 3.03%, segwiti mill-MIDI bi 2.78%, il-Bank of Valletta b’ 1.75% u l-Malta International Airport b’1.65%.

Fuq n-naħa pożittiva kien hemm il-PG bi 2% għal €2.04,; l-RS2 Software bi 2.84% u lp-Medserv marru l-aħjar bi 8.62%.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 It-tieni serje l-ewwel tranche tilfu 1.69%, 4il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 naqsu b’1% u l-Grand Harbour Marina 2027 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.97%.

F’territorju pożittiv kien hemm il-MIDI 2026 b’0.97%, il-Bank of Valletta 2026-2031 bi kważi 1%, 4.35% L-SD Finance 2027 avvanzaw 1.44% u l-Mercury Projects Finance 2031 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.98%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt estendew iż-żidiet għar-raba’ sessjoni infila biex laħqu l-ogħla prezzijiet f’aktar minn 13-il xahar, sostnuti minn assigurazzjoni li r-rati tal-interessi fl-Istati Uniti ser jibqgħu baxxi u tnaqqis qawwi fil-produzzjoni taż-żejt mill-Istati Uniti minħabba l-maltempata f’Texas. Madankollu waranofsinhar kemm il-Brent kif ukoll il-West Texas Intermediate tilfu ż-żidiet tal-jum.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’aktar minn 1% għax id-dħul mill-bonds baqa’ għoli, bis-sentiment tad-deheb bħala assi sigura ntlaqat ħażin wkoll minn aspettattivi ta’ rkupru ekonomiku globali b’aktar ħeffa.