Barranin
L-ishma Ewropej żdiedu qabel is-summit dwar il-Brexit

Muniti

L-Isterlina ssaħħett illum iżda baqgħet qrib il-firxa ta’ negozju riċenti hekk kif l-investituri qed iħejju għal meta l-Unjoni Ewropea tagħti lir-Renju Unit aktar żmien li waqt li tnaqqas it-theddida ta’ ħruġ minghajr ftehim, toħloq inċertezzi ġodda.

Brussels mistennija li tagħti lill-Prim Ministru May dewmien ieħor matul summit ta’ emerġenza llum, iżda l-mexxeja tal-Unjoni mistennija li jitolbu li hija taċċetta estensjoni itwal milli qed tipproponi u b’kundizzjonijiet.

Il-Prim Ministru trid li d-data tat-tluq tkun it-30 ta’ Ġunju flok it-12 ta’ April. Iżda fl-Unjoni Ewropea tidher li qed tikber l-għażla li jkun hemm estensjoni sa Marzu 2020.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu qabel is-summit dwar il-Brexit u laqgħa dwar il-politika monetarja mill-Bank Ċentrali Ewropew, bl-ishma Spanjoli jiżdiedu għall-ewwel darba fi tlett ijiem.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.44% wara li tbandal bejn żidiet u tnaqqis, immexxi minn avvanzi f’Madrid u fi Frankfurt.

Il-Bank Ċentrali Ewropew mistenni li jżomm ir-rati tal-interessi kif inhuma, iżda l-investituri huma ħerqana li jaraw jekk il-bank jipprovdix aktar dettalji dwar il-pjani tiegħu ta’ sensiela ġdida ta’ self mifruxa fuq bosta snin lill-banek biex isostni t-tkabbir ekonomiku.

Ishma Lokali

L-Interntional Hotel Investments tbaxxew bi 2.74% waqt li l-ishma tal-BMIT Technologies ukoll tilfu 1.87% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1.54% fil-Main Street Complex. Il-Malta International Airport żdiedu b’1.53% u l-Malta Properties Company b’0.89%.

Il-bonds lokali kienu b’mod ġenerali pożittivi bil-Bank of Valletta 2020 jiżdiedu bi 2.79%; il-Pendergardens Developments 2020 b’1.27% u l-Endo Finance 2029 b’1.00%.

L-SD Finance 2027 u l-International Hotel Investments 2024 naqsu bi 2.19% u 1.22% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum lejn l-ogħla livelli f’ħames xhur fil-ġurnata ta’ qabel, hekk kif it-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u s-sanzjonijiet kontra l-Iran u l-Veneżwela komplew inaqqsu l-provvista, għalkemm żdied it-tħassib ekonomiku.

Il-Brent żdiedu b’0.35% għal $70.87 u l-United States West Texas Intermediate żdiedu b’0.61% għal $64.39.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar