Barranin
L-ishma fid-dinja għal-livelli għolja rekord

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum żdied, wara li kellu l-akbar tnaqqis matul ġimgħa f’xahrejn, hekk kif irkupru fl-interess f’assi aktar riskjużi wasslu lill-investituri biex jinvestu fid-dollaru qabel ma toħroġ l-istatistika dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti din il-ġimgħa.

Minkejja l-qabża ‘l quddiem, l-investituri xorta baqgħu kontra d-dollaru fl-ogħla livell minn Jannar 2013 hekk kif naqsu t-tamiet li l-Federal Reserve ser jissikka l-politika monetarja, is-swieq finanzjarji issa qed jistennew żieda waħda fl-interessi l-Istati Uniti sa tmiem l-2018, tnaqqis qawwi fit-tamiet minn dawk ta’ żieda qabel l-aħħar tas-sena.

L-isterlina telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat u nofs kontra l-ewro, mgħejjuna minn spekulazzjoni li l-Bank of England ser jieħu atteġjament qawwi favur l-isterlina u r-rati tal-interess fil-laqgħa ta’ din il-ġimgħa.

Id-dollaru Kanadiż irtira kontra dak Amerikan, u tbaxxa mill-ogħa livell f’sentejn hekk kif l-investituri qed jistudjaw l-istatistika dwar l-impjiegi u anke l-waqgħa fil-prezzijiet taż-żejt.

Indiċi

L-ishma fid-dinja għal-livelli għolja rekord, wara li jidher li l-urugan Irma issa qed inaqqas is-s-saħħa fl-Istati Uniti u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-Korea ta’ Fuq fi tmiem il-ġimgħa għaddew mingħajr test tal-missili ġdid.

L-Indiċi mifrux mad-dinja tal-Morgan Stanley Capital International, l-MSCI, li jsegwi madwar 2,400 sehem f’47 pajjiż, tela’ għal livell ġdid hekk kif l-ishma tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni Ewropej żdiedu bni 2.2% wara tamiet li Irma ma jkunx diażstruż daqs kemm kien maħsub.

Is-serħan dwar il-Korea ta Fuq u yen aktar dgħajjef irriżultaw fl-aħjar sessjoni f’Tokjo minn Ġunju, hekk kif beda jonqos is-sentiment tal-investituri għall-assi aktar siguri bħad-deheb u bonds tal-Gvern Amerikana.

L-indiċi lokali tilefi xi ftit 0.053%.

Ishma Lokali

L-HSBC kienu l-uniċi ishma li żdiedu llum, b’0.25% ogħla. Tliet kumpaniji kienu f’territorju negattiv. Il-Medserv tilfu aktar minn 3%. Il-Malita Investments u l-Malta International Airport kellhom telf aktar modest.

Bonds Lokali

Kienet sessjoni mħallta fil-bonds tal-kumpaniji lokali. Il-Premier Capital żdiedu bi kważi 1% segwiti minn Eden Finance u Global Capital. F’territorju negattiv kien hemm tliet bonds b’telf ta inqas minn 1%, Il-GAP Group tilfu 0.92%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-indiċi ewlieni dwar il-bejgħ tad-djar fil-Kanada żdied mis-sessjoni ta’ qabel u ġie 223,000 miċ-ċifra ta’ qabel ta’ 222,000 kontra t-tamiet ta’ 212,000.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tabxxew minħabba tħassib li l-Uragan Irma li farrak l-inħawi popolari ta’ Florida jista’ jnaqqas id-domanda fl-ikbar pajjiż konsumatur taż-żejt. It-telf kien limitat minħabba t-taħditiet ta’ tmiem il-ġimgħa bejn il-ministru taż-żejt tal-Arabja Sawdija u u l-ministri taż-żejt sħabu dwar il-possibiltà ta’ estensjoni għall-ftehim biex tonqos il-produzzjoni li hemm minn Marzu li ġej.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu mill-ogħla prezz fi 13-il xahar milħuq nhar il-Ġimgħa għax il-fatt li l-Korea ta’ Fuq ma sparatx missila fi tmiem il-ġimgħa kompliet issaħħaħ l-istokks globali, id-dollaru Amerikan u d-dħul mill-bonds.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar