Barranin
L-ishma fl-Ewropa tbaxxew wara t-tħeddida ta’ Trump li jżid it-tariffi kontra ċ-Ċina

Muniti

Id-dollaru Amerikan issaħħaħ kontra l-biċċa l-kbira tal-muniti iżda tilef mal-Yen wara li l-President Trump qal li ser jgħolli t-tariffi kontra prodotti Ċiniżi din il-ġimgħa, u b’jhedded it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-Isterlina żdiedet għal aktar minn $1.3150 nhar il-Ġimgħa wara li l-mexxej tal-Oppożizzjoni qal li l-Parlament għandu jasal fi ftehim dwar Brexit sabiex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew ħafna llum wara t-tħeddida tal-President Amerikan li jżid it-tariffi kontra ċ-Ċina u dan wassal biex l-investituri jitilqu minn assi aktar riskjużi.

Iċ-Ċina qalet li d-delegazzjoni tagħha xorta għadha qed tħejji li tmur l-Istati Uniti għal taħditiet kummerċjali, anke jekk Trump drammatikament żied il-pressjoni fuq Beijing sabiex dan jilħaq ftehim.

Ishma

L-ishma lokali kienu mħallta bit-Trident Estates jiżdiedu b’4.48% segwiti minn GO b’0.90% u l-Malta Properties Company b’0.83%.

L-RS2 Software tilfu 3.66% għal €1.58 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 3.23% fl-International Hotel Investments. Tigne Mall tilfu wkoll din id-darba bi 2.12%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-GAP Group 2022 tilfu 1.65%, segwiti minn Stivala Group Finance 2027 b’1.43%. L-aktar bond li żdied kien l-International Hotel Investments 2026 b’0.97%.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum wara l-messaġġ ta’ Trump dwar it-tariffi kontra ċ-Ċina. Iżda l-Brent rnexxielu jikseb lura xi telf u kien qed jinnegozja bil-prezz ta’ $71.05 kull barmil.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 0.10% għal $61.99.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa taħt id-$1.12 għall-inqas livell kontra dollaru aktar b’saħħtu hekk kif l-investituri evalwaw mill-ġdid l-aspettattivi tagħhom dwar b’kemm jista’ l-Federal Reserve jnaqqas ir-rati tal-interessi dan ix-xahar. In-nominazzjoni tal-President…

Aktar