Barranin
L-ishma fl-Ewropa żdiedu bil-ftehim kummerċjali ta’ wara Brexit

Muniti

L-isterlina estendiet żidiet hekk kif ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dehru li kienu f’xifer li jilħqu ftehim kummerċjali, biex kabbru t-tamiet li r-Renju Unit jista’ jeħles minn tluq ekonomiku mħarbat mill-Unjoni Ewropea.

L-Isterlina telgħet għal $1.36 u kienet riesqa lejn l-ogħla rata f’sentejn u nofs milħuqa l-ġimgħa li għaddiet hekk kif is-swieq qed jistennew konferma li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea finalament laħqu ftehim li jiggverna l-kummerċ bejniethom meta t-tranżizzjoni tintemm fi tmiem is-sena. Il-moviment fil-kambju barrani ida ma tantx kienu qawwija.

Id-dollaru nqabad fuq sieq waħda fin-negozju fqir tal-vaganzi hekk kif tamiet ta’ ftehim li jipproteġi minn madwar $1 triljun annwali f’tariffi u kwoti f’kummerċ bejn l-Ingilterra u l-Ewropa naqqas id-domanda għal assi siguri.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa żdiedu għat-tielet sessjoni infila bi ftehim kummerċjali ta’ wara Brexit fl-aħħar jidher li ser jintlaħaq ġimgħa biss qabel ma r-Renju Unit jaqta’ r-rabtiet mal-Unjoni. Id-DAX kien riesaq lejn żieda ta’ 1%. Il-prezzijiet bil-quddiem fl-Istati Uniti indikaw ftuħ ftit baxx. Il-volum tan-negozju kien mistenni li jkun baxx b’bosta negozjanti diga bdew il-btajjel.

Kien hemm żieda fid-dħul mill-bonds ta’ 10 snin tar-Renju Unit b’aktar minn madwar 15-il punt bażi, li huwa meqjus
bħala kbir għal negozju f’ġurnata.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew iżda kienu qed iżommu ‘l fuq minn $50 kull barmil f’negozju fqir hekk kif tnaqqis fil-ħażniet Amerikan qajmu d-domanda waqt li ħjiel ta ftehim imminenti dwar Brexit saħħaħ is-sentiment tal-investituri. Il-fidda kienet kważi 2% ogħla llum bid-deheb kważi bla żieda għalkemm f’territorju pożittiv.