Barranin
L-ishma fl-Istati Uniti u fl-Ewropa tbaxxew wara sessjoni mħallta fl-Asja

Muniti

Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta baqgħu kawti. Rapporti makro ekonomiċi minn pajjiżi Ewropej differenti ġiegħlu lis-suq jimxi kontra l-ewro.

L-indiċi tal-manifattura fi Franza tbaxxa sa 49.7 punti f’Diċembru wara li kien 50.8 fix-xahar ta’ qabel. L-indiċi tas-servizzi Franċiż tbaxxa minn 55.1 punti Novembru għal 49.6 dan ix-xahar.

L-ewro żdied b’0.36% kontra d-dollaru għal $1.1347 u b’0.20% kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika tbaxxieta b’12% kontra l-Isterlina; 0.23% kontra d-dollaru Awstraljan; 0.43% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.6% kontra l-Yen.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew flimkien ma’ dawk tal-Ewropa wara sessjoni mħallta fl-Asja hekk kif is-swieq qed jistennew lill-Federal Reserve għal ħjiel dwar kif tista’ tintemm sena volatili u stennew għeluq possibbli tad-dipartimenti tal-Gvern. Id-dollaru tbaxxa wara ġimgħa b’saħħitha.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju negattiv. L-FTSE 100 b’0.85%; l-iSTOXX 50 b’0.83%; id-DAX b’1.02% u l-CAC 40 b’0.91%.

Id-Dow jones fetaħ 0.85% aktar baxx u l-indiċi Malti żdied b’0.545%.

Ishma

L-RS2 Software, il-Malita Investments u l-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 0.70%. Il-GO, l-HSBCBank u l-MIDI ma kellhom ebda ċaqliq. Il-Plaza Centres tilfu 1.96%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Corinthia 2026 żdied8u bi 2.45%; il-Hili Properties 2025 b’0.98%; il-GAP Group 2023 b’0.49%; il-Hal Mann Vella Group 2024 b’0.47% u ;l-Gasan Finance 2019/21 bn’0.19%.

Il-Bank of Valletta 2023 (L-ewwel serje) ma nbidlux waqt li l-SD Finance 2027 tilfu 0.47% għal €104.50..

Il-Brent tilef 1.94% għal $60.28 kull barmil u l-U.S. Light Crude tbaxxa bi 2.70% għal %51.20.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.46% għal $1,237.00 u l-fidda tbaxxiet ukoll b’1.49% għal 14.51.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro qed jiġi nnegozjat kontra d-dollaru ‘l fuq minn $1.1300, u qed jipprova jirkupra wara l-waqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żieda hija parzjalment dovuta għall-korrezzjoni u parzjalment tweġiba għat-tagħrif tajjeb…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Aktar