Barranin
L-ishma fl-ogħla livell bil-possibbiltà ta’ ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit

Muniti

Id-dollaru żdied għat-tieni jum infila llum hekk kif l-ottimiżmu li qed jonqos dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wassal lill-investituri biex jixtru d-dollaru wara bejgħ qawwi l-ġimgħa.

Id-dollaru dan l-aħħar bata’ minn bejgħ qawwi hekk kif it-taħlita ta’ statistika dgħajfa u tamiet ta’ żviluppi pożittivi fil-kunflitt kummerċjali wasslu xi funds biex ibiegħu l-investimenti fit-tul tad-dollaru.

Għalkemm stħarriġ ta’ kull xahar wera li s-sentiment fost l-investituri Ġermaniżi ħżien inqas milli kien mistenni, l-ewro ma rnexxielux jieħu vantaġġ mill-istatistika u tilef 0.31% kontra d-dollaru għal $1.0993. L-Isterlina kellha żieda ta’ 0.3% għal $1.2848. u tilfet xi ftit wara li kmieni wriet żieda ta’ 0.7%.

Indiċi

L-ishma Ewropej telgħu għall-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif l-investituri laqgħu kummenti min-negozjatur ewlieni dwar Brexit tal-Unjoni Ewropea li ftehim mar-Renju Unit kien għadu possibbli li jintlaħaq din il-ġimgħa.

Wall Street kienet mistennija tiftaħ għolja hekk kif rapporti finanzjarji tajbin minn JP Morgan Chase, United Health u Johnson & Johnson naqqsu t-tħassib dwar l-effetti ħżiena dwar it-tilwima mtawla dwar il-kummerċ fuq il-kumpaniji Amerikani.

Fis-settur tal-ishma lokali, kienu f’ferritorju negattiv, il-Bank of Valletta b’1.35%, segwiti minn BMIT Technologies b’1.89%, l-HSBC Bank Malta bi 2.29%, il-PG b’1.60%, Simonds Farsons Cisk bi 3.97% u l-agħar kienu s-Santumas Shareholdings bi 8.02%. Il-Malta Properties Company kienu l-uniku sehem pożittiv illum b’ 6.82%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 tilfu 0.81%, il-Mediterranean Investments Holding 2021 1.46%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.82%, l-International Hotel Investments 2024 tbaxxew b’0.09%, il-Hudson Malta 2026 kellhom tnaqqis ta’ 0.96%. Il-MIDI 2026 avvanzaw b’1.88% waqt li l-SP Finance 2029 tilfu.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew aktar illum wara telf qawwi fis-sessjoni preċedenti wara jumejn ta’ statistika dgħajfa miċ-Ċina u hekk kif l-investituri komplew jistudjaw is-sitwazzjoni dwar il-prospetti ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina minkejja sinjali ta’ ftehim il-ġimgħa li għaddiet.

Il-prezz tad-deheb issoda llum, b’ċaqliq żgħir, wara li t-tamiet ta’ progress bejn l–Istati Uniti u ċ-Ċina naqsu u qabel il-laqgħa tal-mexxejja li ser tiddetermina kif ir-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar