Barranin
L-ishma globali tbaxxew illum biż-żieda fil-każi ġodda tal-coronavirus f’xi stati Amerikani u fiċ-Ċina

Muniti

L-ewro llum tilef 0.28% kontra d-dollaru għal $1.1218. Il-munita unika tilfet kważi 1% tal-valur tagħha f’inqas minn ġimgħa hekk kif l-investituri wrew dubji dwar jekk l-Unjoni Ewropea hix kapaċi tgħaddi l-pjan ta’ stimulu monetarju ambizzjuż propost mill-Kummissjoni Ewropea, meta wieħed iqis li ċerti pajjiżi huma kontra li l-għajnuna tingħata bħala għotja.

Id-dollaru u l-Yen żammew il-pożizzjonijiet tagħhom hekk kif t-tħassib dwar żieda fil-każi tal-coronavirus kabbar id-domanda għal muniti meqjusa sikuri. Il-Yen kien qed jiġi negozjat bla movement għal 107 yen kontra d-dollaru wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sitt ijiem ta’ 106.7 yen fis-sessjoni Asjatika. Huwa baqa’ qrib l-ogħla rata f’xahar ta’ 106.58 tal-ġimgħa li għaddiet.

Kontra l-ewro, il-yen kien qed jiġi negozjat għal 119.79 kull ewro, żieda ta’ madwar 0.48%. L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u kontra l-ewro hekk kif xi investituri ħejjew irwieħhom għal żieda aktar milli mistennija fil-programm ta’ illaxkar monetarju mill-Bank of England biex jikkumbatti l-effetti ekonomiċi ħżiena tal-pandemija tal-COVID-19.

Indiċi

L-ishma globali tbaxxew illum għax żieda fil-każi ġodda tal-coronavirus f’xi stati Amerikani u fiċ-Ċina laqtu ħażin lit-tamiet ta’ rkupru ekonomiku malajr mill-pandemija. L-ishma fl-Ewropa rtiraw illum għax mewġa oħra ta’ infezzjonijiet temmew tamiet ta’ rkupru ekonomiku malajr.

L-investituri naqsu r-riskju tagħhom għax l-għadd ta’ infezzjonijiet ġodda laħqu livelli għolja ġodda f’Kalifornja u Texas, tnejn mill-aktar stati popolati fl-Istati Uniti waqt li Beijing daħħal miżuri ġodda kontra l-moviment.

L-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew fil-ftuħ illum hekk kif żieda fl-infezzjonijiet mill-coronavirus fl-Istati Uniti laqtet ħażin it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku malajr bi statistika turi li ċ-ċifra tal-qgħad baqgħet għolja minħabba t-tieni mewġa ta’ sensji.

Ishma

Fis-suq lokali tal-ishma l-bidliet kienu ġeneralment negattivi. Il-Lombard Bank Malta kien fuq quddiem bi tnaqqis ta’ 8.18%, segwit mill- MIDI bil-prezz ta’ €0.37 kull sehem tnaqqis ta’ 7.50%.

L-HSBC Bank Malta tilfu 2.04%, il-Malta Properties Company 1.69% u l-BMIT Technologies tbaxxew b’1.61%.

F’territorju pożittiv kien hemm Simonds Farsons Cisk bil-prezz ta’€8.20 b’żieda ta’ 2.50%. Il-Harvest Technology marru l-aħjar u għalqu bil-prezz ta’ €1.49 kull sehem b’żieda ta’ 2.76%.

Bonds

Fis-suq lokali tal-bonds is-sentiment kien pożittiv wara li l-parti l-kbira tal-bidliet kienu pożittivi bl-International Hotel Investments 2026 kienu l-agħar li marru bi tnaqqis ta’ 1.23%

Fin-naħa pożittiva kien hemm l-iStivala Group Finance 2029 b’0.78%, il-Hili Finance Company 2029 b’1.02%, l-SP Finance 2029 avvanzaw 1.07%, l-International Hotel Investments 2025 żdiedu 1.49%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu 1.68% u t-TUM Finance 2029 marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.87.

Kien hemm żieda llum fil-prezz taż-żejt Brent wara li tbaxxiet il-ħażna Amerikana, u dan saħħaħ idejn ix-xerrejja qabel il-laqgħa bejn l-OPEC u l-alleati tagħhom biex jiddiskuti l-istrateġija tagħhom dwar il-produzzjoni.

L-OPEC u l-alleati mistennija li jkollhom konferenza virtwali aktar tard illum biex jiddiskutu l-futur tat-tnaqqis rekord ta’ 9.7 miljun barmil kuljum.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu minħabba li l-biża’ ta’ każi ġodda tal-coronavirus jistgħu jfixklu l-irkupru ekonomiku żiedet id-domanda għad-deheb u ħalliet effett fuq assi riskjużi. Minkejja dan, id-deheb tilef iż-żieda waranofsinhar u kien qed jiġi negozjat bla moviment. Id-deheb, meqjus dejjem bħala assi sikura, qed ikun sostnut minn tħassib konsistenti dwar l-istat tal-ekonomija globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar