Lokali
L-ishma jiżdiedu aktar milli jitiflu llum fuq il-Borża ta’ Malta

Id-dollaru llum laħaq l-ogħa rata f’erba’ xhur wara li żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan li tela’ il fuq minn 3% ħarbat lill-invesituri moderati u wasslet biex investituri jikkunsidraw jekk id-dollaru hux ħiereġ mill-perjodu twil ta’ dgħufija. Id-dħul mill-bonds laħaq l-ogħla livell f’aktar minn erba’ snin, sostnut minn tħassib dwar il-provvista dejjem tikber ta’ dejn tal-Gvern u pressjonijiet inflazzjonarji minn prezzijiet taż-żejt li qed jogħlew.

L-Isterlina waqgħet kontra d-dollaru hekk kif il-munita Amerikana issaħħet minħabba ż-żieda fid-dħul mill-bonds, waqt li l-investituri baqgħu kawti qabel l-istatistika dwar il-Prodott Gross Domestiku tar-Renju Unit li toħroġ nhar il-Ġimgħa.

L-istatistika dwar it-tkabbir ekonomiku tkun l-aħħar dejta importanti qabel ma kmieni x-xahar id-dieħel jiltaqa’ l-Kumitat dwar il-Politika Monetarja tal-Bank of England, u s-swieq jinsabu maqsuma dwar jekk il-bank iżidx ir-rati tal-interessi. Il-Gvernatur Mark Carney kisser it-tamiet dwar żieda meta l-ġimgħa li għaddiet qal li l-istatistika ekonomika kienet imħallta u li kien hemm aktar laqgħat tal-Kumitat din is-sena. Dan baxxa l-valur tal-Isterlina mir-rata għolja wara l-vot ta’ Brexit,

L-ishma kienu ġeneralment negattivi llum bil-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u d-DAX kollha tilfu madwar 1%. Id-Dow Jones u l-CAC 400 tilfu madwar tliet kwarti ta’ 1%. L-indiċi lokali tilef 0.3%.

Kien hemm bosta movimenti llum fuq il-Borża ta’ Malta b’aktar ishma żdiedu milli tiflu. Il-Malta Properties Company żdiedu 2%. Żieda ta’ aktar minn 0.5% kienet fl-RS2 Software, HSBC u GO.  F’territorju negattiv kienu l-Bank of Valleta li tilfu 1%, il-Mapfre Middlesea tilfu 2% waqt li kien hemm telf ta’ 12.5% fit-Trident Estates.

Is-sessjoni tal-bonds illum kienet waħda kwieta fi ftit bonds negozjati. Il-MIDI żdiedu b’1.5% u kien hemm żieda ta’ 1% fl-International Hotel Investments. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance tilfu 1%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa, iżda żamm qrib l-ogħla fi tliet snin, hekk kif żieda fl-inventarji tal-Istati Uniti u l-produzzjoni tefgħu pressjoni fuq is-suq. Kollox ma’ kollox, l-ambjent għaż-żejt huwa tajjeb. Tnaqqis fil-provvista, tkabbir sod fid-domanda, tensjonijiet ġeopolitiċi u struttura favorevoli fis-suq tal-bejgħ bil-quddiem attiraw investiment rekord din is-sena fiż-żejt.

Il-prezz tad-deheb waqa’ għall-inqas livell f’ħames ġimgħat hekk kif issaħħu d-dollaru u l-bonds Amerikani minħabba statistika tajba mill-Istati Uniti u sinjali ta’ tnaqqis ta’ tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iż-żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan tirrifletti d-durata tal-espansjoni ekonomika tal-Istati Uniti wara li fiduċja tal-konsumatur irkuprat f’April u żdied aktar milli kien mistenni l-bejgħ ta’ djar ġodda matul Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied b’aktar minn 0.11% kontra d-dollaru għal $1.1330. Barra dan l-ewro wera żieda ta’ 0.48% kontra l-isterlina, 0.15% kontra l-yen u 0.02% kontra l-frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum kellu sessjoni mħallta bejn żidiet u telf qabel laħaq l-ogħla rata tal-ġurnata hekk kif l-aħbarijiet dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu dominanti. L-isterlina tilfet minħabba tħassib li…

Barranin

Muniti Wara reazzjoni aktarx kiebja għall-aħħar aħbarijiet li l-Kummissjoni Ewropea illum ma aċċettatx l-aħħar proposti tal-baġit Taljan, kien hemm pressjoni minn bejgħ tad-dollaru fuq ir-rata mal-ewro, bir-rata titla’ għal $1.1400….

Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Aktar