Barranin
L-ishma tal-Facebook jieħdu r-ruħ

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru fl-Istati Uniti kompliet nieżla llum u laħqet id-$1.2312, l-inqas rata minn nhar il-Ġimgħa li għadda. Mewġa oħra ta’ xiri tal-munita Amerikana, wasslet biex imbagħad l-ewro kompla jitbaxxa għal $1.2320.

L-Isterlina tbaxxiet wara l-pubblikazzjoni tal-Prodott Gross Domestiku Amerikan ilbierah. L-Isterlina llum kienet tiswa $1.4050 u fl-aħħar sigħat ma kellha ebda bidla wara li tbaxxiet mir-rati għolja tal-bieraħ.

Ir-rata tal-ewro kontra l-Isterlina żdiedet matul in-negozju fl-Ewropa dalgħodu wara li huwa kien qrib ir-rata ta’ ewro għal kull 0.8762 sterlina matul in-negozju Ażjatiku.

L-ishma fl-Istati Uniti ssaħħew illum, l-aħħar jum ta’ negozju għax-xahar u għal dawn it-tliet xhur, hekk kif is-settur tat-teknoloġija pprova jnaqqas it-telf tal-aħħar sessjonijiet.

Id-Dow Jones żdied b’181 punti, bil-kumpaniji Intel u Cisco bħala l-aħjar li marru. L-S&P 500 żdied b’0.6% bl-ishma tat-teknoloġija juru żieda ta’ 1%. In-NASDAQ avvanza 0.5%.

L-ishma tal-Facebook urew żieda ta’ aktar minn 1% waqt li Apple, Netflix u Alphabet ukoll żdiedu fil-prezz.

Fl-Ingilterra, il-FTSE 100 kellu żieda ta’ 0.3% bil-kumpaniji tas-supermarkets fost l-aqwa ħames kumpaniji li wrew żieda.

Il-prezz taż-żejt baqa’ qrib l-ogħla prezzijiet ta’ din il-ġimgħa. Is-sostenn mill-impenn tal-OPEC biex tikkontrolla l-produzzjoni kien ibbilanċjat parzjalment minn żieda oħra fil-ħażniet Amerikani.

Il-prezz taż-żejt laħaq il-$71 kull barmil nhar it-Tlieta, qrib l-ogħla tas-sena, iżda bata biex kompla jiżdied minn dakinhar, minkejja kummenti ta’ appoġġ  mill-OPEC u b’riżultat ta’ dan, il-prezz illum spiċċa biex għalaq $59.23 kull barmil.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu hekk kif irkupra d-dollaru u bħalissa kien qed jiġi nnegozjat $1, 322.54 kull uqija, tnaqqis ta’ 0.21%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Barranin

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment. L-indiċi…

Aktar