Barranin
L-ishma tal-ivjaġġar l-iktar milquta minħabba l-biża’ tal-coronavirus

Muniti

Id-dollaru tbaxxa llum, hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor komplew jilħqu livelli baxxi ġodda, u l-investituri qed jaħsbu bis-sħiħ li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rati tal-interessi biex itaffi l-impatt tal-coronavirus u dan żied il-valur tal-ewro għall-ogħla livell f’aktar minn ġimagħtejn.

Is-swieq finanzjarji issa kollha qed jipprezzaw tnaqqis ta’ 25 punt fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve sa April u tlieta sa Marzu 2021. Jekk id-dollaru jkomplix jirtira jiddependi fuq l-istatistika ekonomika dwar l-impatt tal-coronavirus fuq il-fiduċja u l-kummerċ barra miċ-Ċina. L-indiċi tad-dollaru tilef 0.4% għal 98.658, l-inqas mit-12 ta’ Frar.

Id-dollaru tilef 1.2% mill-ġimgħa li għaddiet, meta laħaq l-ogħla livell fi kważi tliet snin għax l-investituri qed iqisuh bħala assi sikur u t-twemmin tagħhom li l-ekonomija Amerikana hija mkenna biżżejjed mill-effetti tal-coronavirus. L-ewro żdied 0.93% għal $1.0982. Il-ġimgħa li għaddiet, il-munita unika tbaxxiet taħt id-$1.08, għalkemm baqgħet xorta 2.4% inqas għal 2020.

L-isterlina tbaxxiet llum hekk kif uffiċjali Ingliżi ikkonfermaw il-pożizzjoni iebsa tagħhom dwar it-taħditiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropew u għax kiber id-diżappunt li l-ministru tal-finanzi ġdid aktarx ma jżidx l-ispiża pubblika kif kien mistenni.

Indiċi

L-ishma Ewropej reġgħu tilfu llum, bl-ishma dwar l-ivvjaġġar jintlaqtu l-aktar, hekk kif żieda fil-każi tal-coronavirus barra miċ-Ċina żdiedu il-biża’ ta’ pandemija li tista’ tolqot it-tkabbir ekonomiku globali.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street tilfu għas-sitt sessjoni infila u daħlu f’territorju ta’ korrezzjoni hekk kif it-tixrid qawwi tal-coronavirus barra ċ-Ċina intensifika l-biża’ tal-impatt ekonomiku u r-riżultati finanzjarji tal-kumpaniji. L-S&P 500 u n-Nasdaq issa huma 10% inqas mill-ogħla livelli tal-jum milħuq fid-19 ta’a Frar, waqt li d-Dow Jones tbaxxa 10% mill-ogħla livell milħuq ukoll fit-12 ta Frar.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-RS2 Software tilfu 3.91%, il-Mapfre Middlesea tilfu 3.39%, Simonds Farsons Cisk tbaxxew b’0.91% u l-GO għalqu negattivament b’0.47%. F’territorju pożittiv kien hem mil-Malta Properties Company b’ 0.75%, il-BMIT Technologies b’0.94% u l-PG kienu l-aħjar li marru bi 3.06%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 naqsu b’0.95%, il-Bortex Group Finance 2027 tilfu 0.77% u l- Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 tbaxxew b’0.49%. F’territorju pożittiv kien hemm il-Hili Properties 2025 u d-Dizz Finance 2026 b’żieda ta’ 0.05%, il-GAP Group 2022 żdiedu b’0.20% u t-TUM Finance 2029 għalqu pożittivament b’0.87%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum tilfu kważi 3%, u b’hekk tbaxxew għall-ħames jum għall-inqas livell minn Jannar 2019, hekk kif żieda fil-Coronavirus barra miċ-Ċina kabbret il-biża’ ta’ pandemija li tista’ tnaqqas l-ekonomija globali u tnaqqas id-d0manda għaż-żejt mhux raffinat.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum għax il-każi tal-coronavirus barra miċ-Ċina kabbru l-biża’ dwar l-impatt usa ekonomiku, u dan kabbar tamiet ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-banek ċentrali maġġuri u dwar domanda akbar għal assi sikuri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Aktar