Barranin
L-ishma tal-LMVH jiżdiedu wara l-akkwist ta’ Tiffany

Muniti

L-isterlina għoliet aktar mil-livelli baxxi tal-aħħar 10 ijiem kontra d-dollaru, hekk kif għadd ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika komplew juru li l-Partit Kosnervattiv huwa l-favorit li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru, bil-wegħda li joħroġ lill-pajjiż mill-Unjoni Ewropea u jtemm tliet snin u nofs ta’ inċertezza politika.

L-isterlina żdiedet 0.4% kontra l-ewro għal 85.54 pence. L-isterlina żdiedet bl-istess ammont kontra d-dollaru għal $1.2883, u b’hekk inqalgħet mill-inqas rata ta’ nhar il-Ġimgħa, meta statistika ħażina ferm mill-manifattura wriet l-istat dgħajjef tal-ekonomija tar-Renju Unit u li ftit hemm possibiltà ta’ żieda fir-rati tal-interessi fil-futur qrib.

Aħbarijiet pożittivi mill-front tat-taħditiet bejn l-Istti Uniti u ċ-Ċina qawwew is-sentiment tas-suq u baxxew il-yen għall-inqas rata f’ġimgħa, u wasslu għal żidiet ta’ bejn 0.2 u 0.3% fil-muniti bbażati fuq il-kummerċ, bħal krona Norveġiża u d-dollaru ta’ New Zealand.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu għat-tieni sessjoni infila llum mgħejjuna wkoll minn rapporti li Washington u Beijing kienu qrib ftehim kummerċjali, waqt li l-ishma tal-kumpanija LVMH żdiedu wara li iffirmat ftehim biex tixtri lill-kumpanija tal-ġojjelli Amerikana, Tiffany.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum minħabba l-aspettattivi ta’ ftehim bejn Washington u Beijing li ssaħħew minn rapporti li ż-żewġ naħat jinsabu qrib ftehim, waqt li għadd ta’ ftehimiet importanti wkoll sostnew is-sentiment.

Ekwiti Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.92% għal €1.10 waqt li l-HSBC Bank Malta żdiedu 0.79% għal €1.28. Il-PG kien l-uniku sehem negattiv illum bi tnaqqis ta’ 0.56%. Ishma oħrajn kienu negozjati iżda ma kellhom ebda bidla f’termini perċentwali.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Medserv 2020/23 tilfu 0.20%; it- Tumas Investments 2024 tbaxxew b’0.31%; in-1923 Investments 2024 ukoll tbaxxew b’0.31%, waqt li kien hemm tnaqqis ta 0.47% fiol-Merkanti Holding 2026. L-International Hotel Investments 2026 naqsu b’0.48%.

F’territorju pożittiv kien hemm it-Tumas Investments 2027 b’żieda ta’0.10% waqt li l-Hili Finance Company 2028 avvanzaw b’0.25%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żammew ‘il fuq minn $63 illum hekk kif kummenti pożittivi mill-Istati Uniti u miċ-Ċina reġgħu qajmu t-tamiet fis-swieq dinjin li l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja jistgħu jilħqu ftehim kummerċjali interim dalwaqt biex itemmu il-gwerra kummerċjali ta’ bejniethom.

Il-Brent żdied 0.16% għal $63.47 waqt li l-United States West Texas Intermediate tbaxxa għal $57.69.

Ara wkoll:

Tiffany tinxtara minn Louis Vuitton għal $16-il biljun

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Barranin

Muniti L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt…

Barranin

Muniti L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122. Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet qrib id-$1.1123 bla ebda bidla fil-jum. It-tnaqqis fil-biża’ ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani minkejja t-tensjonijiet li huma ċċentrati fuq l-Iran tejjeb is-sentiment tal-investituri iżda dan…

Aktar