Lokali
L-ishma tal-MIA żdiedu b’1.33%

Muniti

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra d-dollaru wara li l-Bank Ċentrali Ewropew qal li r-rati tal-interessi ser jibqgħu “fil-livelli preżenti jew aktar baxxi” u fetaħ il-bieb għal aktar illaxkar monetarju. Għal bidu l-ewro żdied, jekk kif l-Bank żamm ir-rata ta’ referenza bla bidla, iżda imbagħad tbaxxa għal $1.1109 qabel tela’ għal $1.1182.

L-Isterlina kienet negozjata taħt id-$1.25, bi ftit bidla, wara li l-Prim Ministru l-ġdid Boris Johnson mela l-kabinett tiegħu b’ministri favur il-Brexit u wiegħed li ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim ta’ tranżizzjoni jew mingħajru. L-isterlina tilfet aktar minn 5% tal-valur mill- bidu ta’ Mejju u dan l-aħħar laħqet l-inqas livell f’27 xahar kontra d-dollaru u l-inqas f’sitt xhur kontra l-ewro. Il-ftit irkupru li kellha ġie mill-fatt ta’ bejgħ minn investituri.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej laħqu l-ogħla livell f’sena, hekk kif rapporti finanzjarji tajbin mill-manifattur tal-medicina, Roche, il-birrerija AB Inbev u l-kumpannija ta’ oġġetti ta’ lussu għad-djar LVMH kienu fuq quddiem f’sensiela ta’ rapport, iżda wara l-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew l-ishma tbaxxew.

Id-dħul mill-bonds tat-teżor Amerikan żdiedu llum wara l-President tal-Bank Ċentrali Ewropea Mario Draghi qal li l-bank jara ftit riskju ta’ riċessjoni fiż-żona tal-ewro, anke jekk ammetta li l-prospetti qed jeħżienu. Id-dħul inizjalment tbaxxa wara li l-bank ċentrali, li ma bidilix ir-rati tal-interessi, qal fi stqarrija li huwa jara li jżomm ir-rati preżenti jew inqas sa nofs l-2020, u b’hekk reġa’ lura minn wiegħda li ma jbiddilx ir-rati. Huwa li qal talab lill-uffiċjali tal-bank beix jaraw x’għażliet hemm għall-illaxkar monetarju, anke jekk jerġax jiddaħħal ix-xiri tal-assi.

Il-kummenti ta’ Draghi dwar riskju baxx ta’ riċessjoni, madankollu bidlu d-direzzjonijiet tas-suq.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Malta International Airport żdiedu b’1.33%; il-Bank of Valletta b’0.90%, l-RS2 Software b’0.55%.
F’territorju negattiv kien hemm il-Mapfre Middlsea bi 2.65%; il-Lombard Bank b’1.74% u l-Malta Investments b’0.58%. Il-PG ma kellhom ebda bidla.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Hal Mann Vella Group 2024 kellhom żieda ta’0.95%; l-International Hotel Investments 2026 b’1.46%, AX Investments 2024 tilfu 6.78%, it-Tumas

Il-prezz taż-żejt żdied b’aktar minn $1 fost tensjonijiet fil-Lvant Nofsani u waqgħa kbira fil-ħażniet taż-żejt mhux maħdum Amerikan, iżda l-prezzijiet kellhom pressjoni ‘l isfel minn statistika dgħajfa dwar il-manifattura fil-pajjiżi tal-Punent li tindika tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku li jista’ jnaqqas id-domanda għal fjuwil.

Id-deheb żamm sod f’negozju kawt qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropeja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra u kien riesaq lejn l-ogħla rata mill-2017 illum, waqt li l-ewro tbaxxa għall-inqas livell fi 28 xahar, fost ottimiżmu ta’ ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina….

Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru ma nbidlitx minn $1.1094, bi ftit li xejn statistika ekonomika skedata għal għada jew żviluppi li jixprunaw ċaqliq akbar. L-aħbarijiet pożittivi mill-Italja, fejn il-Movimento Cinque…

Aktar