Lokali
L-ishma Taljani jieħdu tisbita wara t-traġedja tal-pont f’Genova

Muniti

L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea qabel ma joħroġ mill-Unjoni.

L-ewro rkupra mill-inqas rata minn Ġunju 2017 waqt li d-dollaru tbaxxa wara l-aħbar li delegazzjoni Ċiniża ser tivjaġġa lejn l-Istati Uniti għal taħditiet kummerċjali, bl-investituri jixtru l-muniti li kienu ntlaqtu sewwa fl-aħħar bejgħ qawwi.

Bosta muniti ta’ swieq emerġenti żdiedu wkoll u kisbu lura ftit mit-telf tal-bieraħ minħabba tnaqqis fil-biża’ dwar l-effetti mit-tnaqqis fil-valur tal-lira Torka.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw wara li ċ-Ċina qalet li ser ikollha taħditiet kummerċjali mal-Istati Uniti dan ix-xahar, u dan qajjem is-sentiment ta’ riskju għalkemm l-ishma Taljani ħadu tisbita ‘l isfel minħabba li l-ishma ta’ Atlantia, l-kumpanija li tmexxi l-awtostradi fl-Italja, tbaxxew sewwa.

L-ishma fl-Asja matul il-lejl niżlu għall-inqas livell f’sena hekk kif segwew it-telf globali tal-bieraħ waqt li r-riżultati tal-kumpanija tal-gaming u t-teknoloġija Tencert iddiżappuntaw. Iżda żieda fil-FTSE u żidiet modesti bnadi oħra, żiedu l-indiċijiet tal-prezzijiet bil-quddiem fl-Ewropa u f’Wall Street.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla mgħejjuna minn sensiela ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpaniji, tnaqqis fid-dollaru u wara li ċ-Ċina ħabbret taħditiet mal-Istati Uniti. Id-Dow Jones żdied b’1.30%.

Ishma

L-akbar ċaqliqa fl-ishma fil-Borża ta’ Malta llum kienet fil-Malta Properties Company li l-ishma tagħha tilfu 7.69%. Il-GO ukoll kellha moviment ‘l isfel u tilfet 2.35%. L-aħjar prezz pożittiv kien tal-MIDI b’żieda ta’ 1.21% għal prezz ta’ €0.50 kull sehem.

Bonds

Il-bonds lokali kellhom ċaqliq żgħir bl-akbar ċaqliq kien negattiv fil-Bank of Valletta 2030 li tilfu 0.50%. Min-naħa l-oħra, in-1923 Investments 2024 kellhom l-aħjar riżultat b’żieda ta’ 0.48%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt illum kienu mħallta hekk kif statistika mill-Energy Informational Administration wriet li l-livell tal-ħażniet taż-żejt mhux maħdum Amerikan żdied bla mistenni b’6.8 miljun barmil fil-ġimgħa li għaddiet. Analisti kienu qed ibassru li l-ħażniet jonqsu bi 2.5 miljun barmil.

Il-prezz bil-quddiem tad-deheb żdied mil-inqas livelli f’sena u nofs din il-ġimgħa, anke jekk l-irkupru tad-dollaru ħa pawsa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar