Barranin, Lokali
L-ishma u l-bonds lokali llum f’territorju pożittiv

Muniti kontra l-ewro

L-isterlina llum innegozjat ftit ‘l isfel minn $1.27, bl-investituri attenti wara li firda fil-Bank of England dwar il-politika monetarja kompliet iżżid l-inċertezza lill-prospetti għall-ekonomija Brittanika hekk kif qed tipprepara biex tħalli lill-Unjoni Ewropea. Is-suq finanzjarju ftit li xejn inbidel illum biċ-ċaqliq fil-muniti taħt iż-0.10%. Kien attiv id-Dollaru Kanadiż li żdied b’0.61 kontra l-ewro wara statistika sorprendenti li wriet żieda fil-bejgħ bl-imnut.

Indiċi

L-istokks Ewropej waqgħu għat-tielet jum wara l-ieħor, hekk kif il-prezzijiet taż-żejt baqgħu qrib l-inqas livell ta’ seba’ xhur milħuq matul il-lejl minħabba tħassib dwar provvista żejda fis-suq u domanda li qed tonqos.

Il-FTSE 100 u l-CAC 40 tilfu 0.32% u 0.21% rispettivament. Id-DAX kiseb lura xi telf u kien xi ftit pożittiv wara nofsinhar. Negozji bil-quddiem fl-istokks Amerikani kienu juru li l-ishma ta’ Wall Street ma kienux mistennija jkollhom żidiet fil-ftuħ. Analista ewlieni bbażat f’Londra qal li bosta mid-dgħufija fis-swieq finanzjarji hija relatata mas-settur tal-enerġija, u dan huwa frott tad-dgħufija qawwija fiż-żejt, li issa qed ikun innegozjat bi prezzijiet baxxi.

Ishma Lokali

L-ishma lokali llum kienu ġeneralment pożittivi immexxija minn RS2 Software li żdiedu bi kważi 2%. Żieda ta’ aktar minn 1% kienet fil-Malta Properties Company u l-MIDI, waqt li l-HSBC Bank Malta  u l-Bank of Valletta żdiedu iżda b’marġni inqas. Il-GO llum tilfu 0.29%.

Bonds

Ebda bond llum ma kien f’territorju negattiv. In-negozju għalaq jew ogħla mil-bieraħ jew bla ebda ċaqliq. L-AX Investments 2024 kellu żieda ta’ 3.18%.

Indikaturi ekonomiċi

L-għadd ta’ Amerikani li rreġistraw bħala qegħda għall-ewwel darba l-ġimgħa li għaddiet żdiedu bi ftit. Iż-żieda kienet ta’ 3,000 għal 241,000.

Il-bejgħ bl-imnut fil-Kanada kiber aktar milli kien mistenni f’April minħabba prezzijiet ogħla tal-petrol u hekk kif il-konsumaturi nefqu fuq apparat tad-djar u tal-ġonna.

Prodotti Essenzjali

Is-suq taż-żejt mhux maħdum qed jilgħab bejn dawk  li għandhom u dawk li le fis-suq tax-shale fl-Istati Uniti, b’dawk b’saħħithom iwiegħdu li se jibqgħu jippumpjaw aktar anki jekk il-prospetti jidhru ħżiena għal uħud minn sħabhom.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu għat-tieni jum wara l-ieħor għax is-sentiment kontra r-riskju u prezzijiet irħas taż-żejt kabbar id-domanda għad-deheb, b’dollaru aktar dgħajjef u dgħufija fl-istokks tat-teżor ikomplu jagħtu appoġġ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru tbaxxa llum, u laħaq l-inqas rata tas-sessjoni kontra l-yen u l-frank Żvizzeru wara l-ħruġ ta statistika dgħajfa aktar milli mistennija dwar l-ordnijiet għall-oġġetti durabbli fl-Istati Uniti….

Barranin, Lokali

Muniti kontra l-ewro L-ewro ssoda llum wara li rreġistra l-ikbar waqgħa f’ġurnata fis-sessjoni ta’ qabel, peress li l-investituri qed iħarsu lil hinn mill-impass politiku fil-Ġermanja biex jiffokaw fuq l-ekonomija robusta…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Aktar