Barranin, Lokali
L-ispejjeż tas-self fl-Italja żdiedu wara l-elezzjoni ġenerali

Muniti

L-isterlina rkuprat, u nqalgħet mill-inqas livelli tal-ġurnata hekk kif tqajjem mill-ġdid is-sentiment favur ir-riskju wara l-aħbar li l-Korea t’Isfel ser ikollha l-ewwel laqgħa għolja f’aktar minn 10 snin mal-Korea ta’ Fuq. Iż-żieda tas-sentiment lejn ir-risk madankollu għen l-aktar lill-ewro li kellu żieda ta’ aktar minn 0.5% kontra d-dollaru aktar dgħajjef. Il-yen kellu l-istess riżultati tad-dollaru għax inbiegħ minħabba s-sentiment favur ir-riskju.

Kien hemm żieda fid-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand għax l-investituri qed jaħsbu li t-tariffi li qed jhedded bihom il-President Trump mhux ser jkunu daqstant ta’ tfixkil daqs kemm kien maħsub qabel u għalhekk tqajjem is-sentiment favur ir-riskju. Iż-żieda fil-valur tad-Dollaru Awstraljan kienet aktar minn dik tal-ewro u rnexxielu jikseb żieda ta’ 0.18% kontra l-munita unika.
Il-krona Żvediża waqgħet għall-inqas livell ġdid fi tmien snin, wara li l-gvernatur tal-bank ċentrali qal li l-pressjonijiet mill-inflazzjoni kienu baxxi u kien importanti li ma jaġixxix b’ħeffa bl-issikkar tal-politika monetarja.

Indiċi

L-ispejjeż tas-self fl-Italja żdiedu fin-negozju bikri, wara li l-elezzjoni ġenerali wriet żieda qawwija fl-appoġġ għall-partiti kontra l-establishment, immexxi mill-Moviment Cinque Stelle. L-Italja għandha quddiemha perjodu twil ta’ instabbilità politika wara li ma rriżultat ebda maġġoranza assoluta fil-Parlament. Dan għaliex il-votanti naqqsu l-fiduċja fil-partiti tradizzjoni u marru b’għadd rekord lejn partiti kontra l-establishment u dawk tal-lemin estrem.

Sadanittant l-ishma Ewropej irkupraw mill-inqas livell f’sitt xhur hekk kif il-fokus intefa’ minn fuq il-politika lejn ftehim ta’ akkwisti u rappporti finanzjarji mill-kumpaniji, bl-ishma tal-kumpaniji tal-karta u tal-ippakkeġġjar jitilgħu wara li Smurfit Kappa ċaħdet offerta ta’ akkwist minn kumpanija ioħra. Hekk kif l-Ewropa kontinentali kisbet żieda ta’ 0.5%, l-ishma ewlenin Ingliżi żdiedu b’0.8%, waqt li l-Ġappun għalaq il-jum b’żieda ta’ 1.27%. L-indiċijiet tal-Istati Uniti fetħu ftit ogħla waqt li l-indiċi tal-ishma lokali tilef 0.43%.

Shares
Kienet ġurnata negattiva fis-sessjoni tal-ishma lokali llum għax aktar ishma tilfu fil-prezz milli żdiedu. Dawk li żdiedu kienu l-GO u l-Malita Investments. F’territorju negattiv, l-RS2 Software u l-MIDI tilfu aktar minn 1.5% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 2.5% fl-ishma tal-HSBC Bank Malta.

Bonds

Anke l-bonds lokali kienu negozjati f’territorju negttiv għax kienu d-Dizz Finance u l-MIDI li wrew żieda iżda l-Bank of Valletta, il-Von der Heyden Group u l-International Hotel Investment kienu f’territorju negattiv. Iżda l-movimenti kienu inqas minn 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żdied u irkupra t-telf tal-bidu war kli l-Korea ta’ Isfel qalet li ser ikollha laqgħa għolja mal-Korea ta’ Fuq, li l-investituri ħaduha bħala ħjiel biex ibiegħu lid-dollaru Amerikan u jixtru assi sensittivi għar-riskju bħal prodotti essenzjali.

Il-prospetti li l-OPEC u prodiotturi oħrajn, inkluż ir-Russja, jżommu l-ftehim ta’ qtugħ fil-produzzjoni quddiem il-boom fil-produuzzjohi tax-shale mill-Istati Uniti għenu sabiex il-prezz taż-żejt jerġa’ jitla’ il fuq minn $65 kull barmil din il-ġimgħa.

Id-deheb żdied wara li l-Korea ta’ Fuq qalet li lesta jkollha taħditiet dwar l-armi nukleari, u b’hekk tefgħet pressjoni fuq id-dollaru, waqt li l-inċertezza dwar il-politika kummerċjali Amerikana kabbret l-itneress fil-metall bħala assi sigur ta’ valur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Barranin

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li…

Barranin

Muniti L-Ewro żdied għall-ogħla livell f’10 ijiem wara li uffiċjali qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwaqqaf il-programm ta’ stimulu tiegħu sa tmiem 2018 u li l-inflazzjoni kienet qed tiżdied…

Aktar