Barranin
L-isplużjoni f’Manhattan taffettwa l-valur tal-muniti u l-prezz taż-żejt

Muniti kontra l-ewro

Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-yen wara li l-Pulizija ta’ New York qalu li rċevew rapporti ta’ splużjoni f’nofs Manhattan.

L-isterlina ssodat wara li nhar il-Ġimgħa kellha l-akbar telf f’aktar minn xahar għax l-investituri qegħdin attenti f’ġimgħa li matulha l-Gran Brittanja u l-Unjoni Ewropea ser jiffirmaw ftehim biex ikomplu bl-istadju li jmiss tan-negozjati.

Id-dollaru Kanadiż ftit li xejn inbidel kontra dak Amerikan llum hekk kif l-investituri tefgħu l-attenzjoni tagħhom kemm lejn id-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati tal-interessi, kif ukoll lejn diskors mill-Gvernatur tal-Bank of Canada Stephen Poloz aktar tard din il-ġimgħa.

L-indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones fetaħ ogħla b’0.18%. Il-FTSE 100 ukoll kien f’territorju pożittiv b’żieda ta’ 0.70%. L-iSTOXX 50 u d-DAX it-tnejn tilfu 0.22%.

Isħma lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-suq tal-isħma lokali llum. Il-FIMBank u l-Bank of Valletta kienu fuq quddiem nett biż-żieda ta’ 6.39% u 2.86% rispettivament. Min–naħa l-oħra il-Medserv u l-RS2 Software tilfu 1.70% u 2.63% rispettivament.

Bonds lokali

Is-suq tal-bonds lokali llum kien volatili b’diversi movimenti. Il-Pendergardens Developments 2022 u l-GAP Group 2023 għalqu b’żidiet ta’ 1.78% u 0.83% rispettivament.  L-International Hotel Investments 2025 u l-Bank of Valletta 2018 tilfu 0.19% u 0.59%.

Indikaturi ekonomiċi

L-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut ikejjel l-evoluazzjoni ta’ kull xahar tal-bejgħ bil-prezzijiet kurrenti tal-intrapriżi. F’Ottubru il-bejgħ bl-imnut fl-Italja naqas bi 2.1% imqabbel ma’ sena qabel.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, u biddlu r-rotta mit-telf ta’ qabel wara li splużjoni fi New York tefgħet il-fokus tas-swieq lejn ir-riskji ġeopolitiċi.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew minħabba stennija qawwija ta’ żieda fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta…

Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Aktar