Barranin
L-Istati Uniti tiffoka fuq il-kostruzzjoni u l-permessi tal-bini

Matul is-sessjoni tal-bieraħ, il-munita unika Ewropea kienet qed tiġi negozjata f’$1.1448. Madankollu, l-Ewro tilef 0.17%.

Fl-Istati Uniti, il-fokus huwa fuq l-istatistika tal-kostruzzjoni. Il-permessi tal-bini mistennija li jitjiebu sa 1.26 miljun u anke l-permessi għad-djar mistennija li jitilgħu għal 1.23 miljun. Għada, l-Istati Uniti jippubblikaw l-ordnijiet tal-oġġetti durabbli, il-qgħad u l-fiduċja tal-konsumatur.

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru llum tbaxxiet b’0.17% għal $1.1434. L-Ewro tilef ukoll 0.15% kontra l-Isterlina; 0.14% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.26% kontra l-Yen u 0.32% kontra l-Frank Żvizzeru. Sadattant il-munita unika żdiedet b’0.11% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Il-prezzijiet tal-ishma waqgħu u l-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani wrew li t-tnaqqis qawwi globali mmexxi mill-ishma tat-teknoloġija kellu jkompli llum. Dan ikabbar il-pessimiżmu fis-swieq diġà anjzjużi dwar il-kummerċ. Il-bonds tat-Teżor Amerikan avvanzaw u d-dollaru żdied.

Il-FTSE 100 żdied b’0.10%; l-iSTOXX 50 tbaxxa b’0.79%; id-DAX tbaxxa wkoll b’0.65% waqt li t-tnaqqis fil-CAC 40 kien ta’ 0.72%.

Id-Dow Jones fetaħ 1.63% aktar baxx waqt li l-indiċi tal-Borża ta Malta tbaxxa b’072%.

Fis-sessjoni tal-ishma, il-Mapfre Middlesea u Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 1.00% u għalqu €1.96 u €8.20 rispettivament. Il-GO u l-RS2 Software ma kellhom ebda ċaqliq.

L-HSBC Bank Malta u l-Bank of Valletta tilfu aktar minn 0.50% u tbaxxew b’0.56% u 0.74% rispettivament.

Bonds

Fil-bonds lokali kien hemm żieda ta’ 0.98% fil-Mediterranean Ivestments Holdings 2020; 0.45% fl-AX Investments 2024; 0.23% fil-Pendergardens Developments 2022 u 0.20% fin-1923 Investments 2024.

Exalco Finance 2028, Hili Finance Company 2028 l-MIDI 2026 tbaxxew b’aktar minn 0.30%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew, bil-Brent jitlef 0.54% għal $66.41 waqt li l-U.S.Light crude jonqos b’0.14% għal $57.12.

Id-deheb tela’ b’0.16% għal €1,226.09 u l-fidda għoliet ukoll b’0.37% għal $14.4797.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar