Barranin
l-Istati Uniti u ċ-Ċina lesti jinnegozjaw biex jevitaw gwerra kummerċjali

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru żdiedet b’0.71% għal $1.2439 wara li l-President tal-Bank Ċentrali Ġermaniż u membru tal-Bank Ċentrali Ewropew, Jens Weidmann qal li t-tamiet tas-swieq għal żieda fir-rati tal-interessi għal nofs l-2019 mhumiex kompletament mhux realistiċi, b’hekk ikkonferma l-opinjoni preċedenti tiegħu u saħħaħ lill-Ewro għal terminu qasir.

Mhux qed ikun żieda fir-rata tal-Ewro kontra l-Isterlina u r-rata baqgħet madwar £0.8754 wara l-aħħar tnaqqis għal £0.8668.

Id-Dollaru Kanadiż żdied kontra dak Amerikan u ġibed ir-rata lejn $1.2900 wara attentat li falla sabiex ir-rata titla’ ‘l fuq minn din ir-rata.

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu matul in-negozju bikri llum hekk kif is-suq kiseb lura xi ftit mit-telf tal-ġimgħa li għaddiet. Iż-żidiet usa tella’ l-indiċi Dow Jones b’aktar minn 400 punt wara li kien tilef aktar minn 1,400 punt l-ġimgħa li għaddiet. L-Investituri sabu kuraġġ minn sinjali li l-Istati Uniti u ċ-Ċina lest li jinnegozjaw biex jevitaw gwerra kummerċjali. L-ishma tat-teknoloġija u tal-finanzi, li kellhom l-akbar telf il-ġimgħa li għaddiet, kienu l-fatturi prinċipali taż-żieda tal-lum.

L-iSTOXX 600 tilef 1.26% fl-għeluq tan-negozju, b’kull settur jimmarka telf. Matul is-sessjoni l-ishma Ewropej tbaxxew għall-inqas livelli f’ġimagħtejn, hekk kif il-volatiltà li kien hemm fi Frar daħlet ukoll f’Marzu.

Id-DAX tilef 1.97%, il-CAC 40 1.00% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.78% fil-FTSE 100.

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux raffinat naqsu llum, iżda rkupru fis-swieq finanzjarji u żieda fit-tensjoni bejn l-Għarabja Sawdia u l-Iran illimitaw it-telf. L-ishma globali ħarġu minn sitt ġimgħat ta’ prezzijeit baxxi minħabba ottimiżmu li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser jibdew it-taħditiet, u b’hekk naqas il-biża’ dwar gwerra kummerċjali bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru Amerikan żamm maż-żidiet wara li tela’ mill-inqas rata fi tliet ġimgħat hekk kif it-tnaqqis fit-tensjoni dwar gwerra kummerċjali kabbar is-sentiment għar-riskju fost l-investituri. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu mgħejjuna…

Barranin

L-ewro llum qabeż id-$1.24 għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li dejta ekonomika tajba ferm miċ-Ċina u tnaqqis fit-tħassib dwar aktar attakki Amerikani fis-Sirja reġgħu qanqlu s-sentiment ta’ riskju, għalkemm…

Barranin, Lokali

Il-Fimbank ħareġ aktar minn mitejn miljun ishma ġodda bi dritt għall-azzjonisti tiegħu Il-bank jittama li b’din ir-rights issue, l-azzjonisti tiegħu jżidu l-investiment tagħhom fil-bank b’mija u erbatax-il miljun Dollaru Amerikan….

Barranin

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-Yen illum hekk kif naqset il-kawtela dwar intervent militari mill-Punent fuq is-Sirja bl-investituri qed jistennew rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji Amerikani. Id-dgħufija tal-Yen,…

Aktar