Barranin
L-istatistika kummerċjali Ċiniża wriet tnaqqis ekonomiku akbar milli kien mistenni

Muniti

Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro ċkienet bla mistenni b’1.7% matul Novembru u 3.8% minn sena qabel.

Min-naħa l-oħra, id-dollaru qed jistenna li jkompli jkabbar maż-żieda tat-tieni nofs tal-ġimgħa li għaddiet, fost nuqqas ta’ aħbarijiet mit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-kontinwazzjoni tal-għeluq parzjali tad-dipartimenti tal-Gvern Amerikan.

L-ewro tilef 0.10% kontra l-ewro għal $1.1457. Il-munita unika tilfet 0.18% kontra l-Isterlina; 0.45% kontra l-Yen u 0.23% kontra l-Frank Żvizzeru. Sadattant l-ewro wera żieda ta’ 0.19% kontra d-Dollaru Awstraljan u ma kellu ebda bidla kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti segwew l-ishma fl-Ewropa u fl-Asja li kienu aktar baxxi hekk kif l-istatistika kummerċjali Ċiniża wriet tnaqqis ekonomiku akbar milli kien mistenni u dan reġa’ kabbar il-biża’ dwar it-tkabbir globali. Il-bonds tal-Gvern Amerikan tbaxxew, u d-dollaru żamm sod. Il-Borża tal-Ġappun kienet magħluqa minħabba btala.

Il-FTSE 100 tbaxxa b’0.92%; l-iSTOXX 50 b’0.81%, id-DAX; 0.66% u l-CAC 40’ 0.77%.

Id-Dow Jones tbaxxa 0.93% mal-ftuħ tan-negozju waqt li l-Borża ta’ Malta kellha tnaqqis ta’ 0.387%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-MIDI u l-HSBC Bank Malta għalqu 0.75% u 0.57% ogħla. Trident Estates ma kellhom ebda bidla waqt li l-Bank of Valletta, it-Tigne Mall, FIMBank u l-GO tilfu aktar minn 0.30% bil-GO jaqgħu l-aktar bi 2.90% u għalqa bil-prezz ta’ 4.02%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024, il-Hili Finance Company 2028 u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje) żdiedu b’aktar minn 0.40%.

F’territorju negattiv kienu l-Pendergardens Developments 2020 b’0.19%;il-Hili Properties 2025 b’0.48%; il-GAP Group 2023 b’0.98% u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 bi 2.71%.

Iż-żejt Brent tilef 0.79% għal $60.00 kull barmil waqt li l-U.S. Light crude tbaxxa b’0.87% għal $51.14.

Id-deheb wera żieda ta’ 0.29% għal $1,293.96 u l-fidda tbaxxiet b’0.06% għal $15.59.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar