Barranin
L-istennija għall-aħbar dwar is-saħħa ta’ Trump tbaxxi d-dollaru

Muniti

L-indiċi tad-dollaru tbaxxa u ssaħħew il-muniti riskjużi, hekk kif is-swieq finanzjarji stennew aħbarijiet dwar is-saħħa tal-President Trump u l-iżviluppi fit-taħditiet dwar l-għajnuna fiskali. L-Isterlina tbaxxiet kontra l-ewro, għalkemm mhux avvanza 1.74%. b’ħafna, u l-parti l-kbira tal-analisti jgħidu li jistennew li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropew ser jilħqu d-data ta tranżizzjoni u dalwaqt jilħqu ftehim. L-ewro kien l-aktar b’saħħtu kontra l-yen bi kważi 1%. Huwa kellu ftit li xejn ċaqliq kontra l-frank Żvizzeru.

Indiċi

L-indiċijiet telgħu hekk kif l-aħbarijiet dwar Trump saħħew is-sentiment. Id-Dow Jones żdied 0.88% waqt li t-Topix avvanza 1.74%. Il-boroż Ewropej ukoll żdiedu, mgħejuna minn attività ta’ negozju u sentiment globali tajjeb wara aġġornamenti pożittivi dwar is-saħħa tal-President Trump. Stħarriġ wera li l-rkupru ekonomiku taż-żona tal-ewro tbaxxa f’Settembru minħabba l-impożizzjoni mill-ġdid ta’ xi restrizzjonijiet minħabba l-koronavirus u dan naqqas ir-ritmu tas-settur tas-servizzi fiz-zona. L-indiċi tal-HIS Markit tbaxxa għal 50.4 f’Settembru minn 51.9 f’Awwissu, qrib il-limitu ta’ 50 li jisseppara t-tkabbir ekonomiku mit-tnaqqis. L-indiċi lokali mar kontra x-xejra u tilef kważi 0.4%.

Shares

Fil-qasam lokali, żewġ ishma avvanzaw, it-tnejn ftit aktar minn 1%. Il-Harvest Technologuy żdiedu 1.38% u l-Bank of Valletta għalqu b’żieda ta 1.16%. Tliet ishma oħra kienu negozjati iżda bla ebda ċaqliq fil-prezz. Il-GO kien l-ujniku sehem li tilef illum b’6.25%.

Bonds

Iċ-ċaqliq fis-settur tal-bonds lokali kien imxaqleb lejn il-pożittiv. L-Istivala Group żdiedu 1.87% waqt li l- Hili u l-Best Deal Properties żdiedu 1% kull wieħed. Il-Grand Harbour Marina avvanzaw b’0.5%. f’direzzjoni negattiv, il-Von der Heyden Group u l-International Hotel Investments tliet kwarti ta’ punt perċentwali. Is-Central Business Centres tilfu kważi 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew illum wara tobba qalu li l-President Trump dalwaqt ikun jista’ joħroġ mill-isptar fejn qed jirċievi kura għal COVID-19 wsaqt li sitt ibjar taż-żejt u tal-gass fin-Norveġja ngħalqu hekk kif aktar ħaddiema bdew strajk. Iż-żidiet kienu fil-livell ta’ 5%. Sadattant anke d-deheb u l-fidda żdiedu bid-deheb jiżdied b’0.51% u l-fidda kważi erba’ darbiet aktar.