L-Isterlina baqgħet fl-attenzjoni tal-investituri wara d-deċiżjoni ta’ Boris Johnson

L-Isterlina baqgħet fl-attenzjoni tal-investituri wara li l-pjan tal-Prim Ministru Boris Johnson li jissospendi l-parlament kabbar il-possibiltà ta’ Brexit bla ftehim. Il-munita Brittanika tilfet kwart perċentwal għal $1.2183, u riesqa lejn il-livell ta Jannar 2017 ta’ taħt id-$1.2015.

L-amministrazzjoni Amerikana lbieraħ uffiċjalizzat it-tariffa extra ta 5% fuq $300 biljun ta’ prodotti Ċiniżi. Imqabbel mad-dollaru, il-yen tilef 0.2% iżda kien riesaq lejn żieda ta’ 2.5% kontra l-munita Amerikana għal Awwissu, l-ikbar żieda bħal din fi tliet xhur.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu wara ftuħ dgħajjef illum, mgħejuna minn irkupru fl-ishma Taljani, b’kummenti pożittivi miċ-Ċina dwar it-taħditiet mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ u li għenu s-sentiment.

Il-Ministeru tal-Kummerċ taċ-Ċina qal li ż-żewġ naħat għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet għal progress fin-negozjati u li ċ-Ċina kienet kontra it-tkabbir tal-gwerra kummerċjali u li kienet lesta li tirrisolvi l-kwistjoni b’kalma.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ftit ogħla wara li ċ-Ċina wriet tama ta ftehim mal-Istati Uniti u dan ċekken il-biża tal-investituri dwar ir-riskju ta’ riċessjoni.

Fl-ishma lkali, il-Bank of Valletta tilfu 1.78% u l-GO naqqsu b’0.90% waqt li l-International Hotel Investments avvanzaw bi kważi 2%; il-Malita Investments tilfu 0.59% u l-Medserv 0.83%. Ma kien hemm ebda bidla fil-prezz tal-BMIT Technologies u l-Malta International Airport.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020 tilfu 0.89%; is-Central Business Centres 2021 tilfu 1.53%; il-Medserv 2020/23 0.79%. F’territorju pożittiv kien hemm il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’0.73%; l-International Hotel Investments 2025 b’0.99%; is-6PM Holdings 2025 b’0.83% u l-Hili Finance Company 2028 b’0.98%.

Il-prezz taż-żejt Brent żamm ‘il fuq mis-$60, u għeleb pressjoni minn tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku, waqt li tnaqqis qawwi fl-inventarju taż-żejt fl-Istati Uniti saħħew il-prezzijiet tal-West Texas Intermediaste.

Il-prezz tad-deheb issoda qrib l-ogħla livell ta’ sitt snin u l-fidda kisbet l-ogħla prezz f’aktar minn sentejn hekk kif biża dwar riċessjoni, minħabba l-gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, wasslet lill-investituri ikabbru l-interess f’assi sikuri.

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar