Barranin
L-isterlina baqgħet sostnuta tajjeb mill-pjan tal-Gvern Ingliż li jtaffi l-miżuri tal-lockdown

Muniti

Wara li żdied għall-ogħla rata f’bosta jiem ta’ $1.2180, l-ewro sab mill-ġdid quddiemu l-pressjoni ta’ bejgħ u tbaxxa lejn id-$1.2100.  Il-livell l-għoli tad-$1.2100 kien ta’ ostaklu kbir għal dawk li riedu jixtru l-ewro u l-munita ma komplitx tirkupra aktar mil-livell ta’ $1.2180 matul in-negozju bikri.

L-isterlina kienet qed tiġi nnegozjata ‘l fuq minn $1.4050 qrib l-ogħla rata f’35 xahar hekk kif naqas id-dħul mill-bonds Amerikani u baxxew id-dollaru. Il-pagi fir-Renju Unit żdiedu b’4.7% matul Diċembru u l-għadd ta’ nies qegħda matul Jannar tbaxxa b’20,000, iż-żewġ ċifri aħjar milli kienu mistennija. Il-par kompla maż-żidiet tajba riċenti għar-raba’ sessjoni infila, għalkemm ftit kien hemm bejgħ.

L-isterlina baqgħet sostnuta tajjeb mill-pjan tal-Gvern Ingliż li jtaffi l-miżuri tal-lockdown u mill-pass impressjonanti tat-tilqim kontra l-Covid fir-Renju Unit.  Infatt, il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar pjan ta’ erba’ punti biex itemm ir-restrizzjoni sal-21 ta’ Ġunju u kabbar it-tamiet ta’mrkupru ekonomiku malajr fil-pajjiż.  Barra dan, l-aħħar rapport dwar l-impjiegi fir-Renju Unit juri li dawk li talbu l-benefiċju tbaxxa b’20,000 f’Jannar u ċ-ċifra tax-xahar ta’ qabel kienet riveduta bi tnaqqis ta’ 20,400.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fl-Istati  uNiti fetħu bi tnaqqis kbir hekk kif il-flussi f’assi siguri komplew jiddominaw is-swieq finanzjarji. Parteċipanti fis-suq issa qed jistennew l-aħħar ċifri ekonomiċi bl-indiċi tal-fiduċja tal-konsumatiur. Il-fokus ewlieni, madankollu, ser ikun fuq x-xhieda tal-President tal-Federal Reserve Jerome Powell quddiem il-Kumutat tas-Senat dwar il_Banek. Dan jista’ jinfluwenza d-Dollaru u jipprovdi xi impetus fin-negozju fil-part tal-Isterlina mad-Dollaru. L-indiċi lokali tilfu kważi 1%.

Shares

L-indiċi lokali llum kien f’territorju negattiv l-aktar bil-prestazzjoni tal-ishma tal-HSBC li tilfu 7%. L-RS 2 Software u l-BMIT Technologies tilfu aktar minn 3% waqt li l-Malita tbaxxew b’aktar minn 2%.  Il-Bank of Valletta tilfu anqas, 0.43%. F’territorju pożittiv, il-Malta International Airport u Lifestar żdiedu bejn  0.5% u 1%.

Bonds

Il-bonds llum kienu mħallta bl-akbar numru f’territorju pożittiv. Il-bonds tal-GAP 2022 żdiedu 1.79%, segwiti minn żidiet ta’ ftit aktar minn  1% minn Together Gaming, Tum Finance u Corinthia Finance.  F’territorju negattiv, il-Mercury Projects Finance, l-SD Finance x-Shoreline tilfu bejn il-1.5% u t-2%.

Prodotti Essenzjali

L-Arabja Sawdija ur -Russja, tnejn mill-akbar produtturi taż-żejt, jinsabu mifruda dwar l-istrateġija tal-produzzjoni qabel il-laqgħa tal-OPEC u l-alleati. Waqt li l-Għarabja Sawdija għadha qed tara l-inċertezza u tiffavorixxi li l-produzzjoni tibqa kif inhi, ir-Russja trid tkabbar il-produzzjoni. Waqt li l-pjan ta’ stimulu tal-President Biden reisaq lejn il-vot fil-Kamra tar-Rappreżentanti, l-avvanz tad-deheb mil-livell baxxi ta’ bosta xhur qed jiżdied fit-tielet sessjoni wara ż-żieda ta’ 1.5% tal-bierah, hekk kif l-aspettattiva ta żieda fl-inflazzjoni madwar id-dinja tagħti kuraġġ lil min irid jinvesti fid-deheb. Il-fidda kellna tnaqqis modest mill-ogħla livell fi tliet ġimgħat u tilfet parti miż-żieda qawwija tal-bieraħ.