Barranin
L-isterlina bl-ogħla livell kontra d-dollaru f’sentejn u nofs

Muniti

L-isterlina telgħet ‘il fuq minn $1.36 u għoliet aktar mill-ogħla livelli f’sentejn u nofs kontra dollaru li qed jitħabat hekk kif rapporti dwar progress fit-taħditiet dwar Brexit kabbar is-sentiment għall-munita Brittanika, waqt li l-Bank of England ma bidilix il-programm ta’ stimulu tiegħu.

B’ġimagħtejn biss lejn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ Brexit fil-31 ta’ Diċembru, l-Isterlina żiedet aktar minn 2% kontra d-dollaru dan ix-xahar, mgħejjuna minn tamiet dwar ftehim kummerċjali għal wara Brext.

Id-dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’sentejn kontra l-muniti ewlenin wara li l-Federal Reserve baqa’ jżomm il-politika monetarja preżenti waqt li tamiet għal aktar stimulu Amerikan u ftehim kummerċjali wara Brexit kabbar is-sentiment għal muniti aktar riskjużi.

Indiċi

L-indiċi ewlenin f’Wall Street fetħu ogħla minħabba titjib fl-ottimiżmu dwar leġiżlazzjoni dwar stimulu ġdid, waqt li żieda mhux mistennija fl-għadd ta’ nies qegħda wriet aktar stress ekonomiku mill-pandemija. L-ishma Ewropej baqgħu fl-ogħla livell f’10 xhur, wara li tamiet ta’ aktar stimulu mill-Istati Uniti u l-ħruġ potenzjali tal-vaċċin fl-Ewropa saħħew it-tama ta’ rkukpru ekonomiku globali. L-indiċi lokali żdied b’ 0.26%

Ishma

L-indiċi lokali llum kellu jum pożittiv bil-Fimbank fuq quddiem b’żieda ta’ kważi 10% gain. B’żidiet qawwija iżda inqas kienu Tigne Mall u Medserv b’4% u 3% rispettivament. F’territorju negatti kien hemm il-Malta International Airport, il-GO, Harvest Technology tilfu madwar 1%, Il-Malta Properties Company tilfu 3.85%. Illum kien hemm 104 negjzi għal valur ta’ €1.2 miljun.

Bonds

Iċ-ċaqliq qawwi fil-bondslokali kienu fin-naħa negattiva,għalkemm kien hemm xi negozji b’direzzjoni pożittiva, iżda l-bidla kienet ftit. Il-Premier Capital avvazaw 1%. Telf żgħir kien reġistrat fil-Hili Properties, Il-GAP, l-AX Group, Stivala Group, Mercury Projects u l-Mediterranean Investment Holdings bi qrib iż-0.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ għall-ogħla livell f’disa’ xhur wara li dejta tal-gvern wriet li kien hemm tnaqqis fl-inventarji taż-żejt fl-Istati Uniti matul il-ġimgħa li għaddiet, waqt li l-progress lejn ftehim dwar stimulu fiskali u domanda Asjatika qawwija sostnew ukoll il-prezzijiet.