Barranin
L-Isterlina bl-ogħla rata fi kważi tliet snin

Muniti

L-Isterlina telgħet għall-ogħla rata f’34 xahar ‘il fuq minn $1.34 hekk kif ir-Renju Unit laħaq il-punt importanti ta’ 15-il miljun persuna mlaqqma kontra l-Covid. Is-swieq finanzjarji għandhom ukoll tama li l-President Biden jikseb il-pakkett ta’ stimulu kbira wara l-każ tal-ex President Trump.

L-ewro kien qed javvanza għal aktar mid-$1.21 fost sentiment ta’ riskju. L-Ottimiżmu dwar il-vaċċin u fokus mill-ġdid fuq l-istimulu fl-Istati Uniti qed jixpruna lis-sentimenyt. Il-produzzjoni industrijali fl-Ewropa ma laħqitx l-estmi u s-swieq finanzjarji Amerikani llum kienu magħluqa.

Indiċi

Il-Ministru tal-Ekonomija Ġappuniż Yasutoshi Nishimura ikkumenta permezz ta’ Reuters dwar il-prestazzjoni tas-swieq finanzjarji wara li l-indiċi ewlieni, in-Nikkei 225 qabeż il-livell ta’ 30,000 punt għall-ewwel darba f’31 sena. Huwa kien ikkwotat li qal li mhux ser jikkumenta dwar il-moviment ta’ kuljum fil-prezzijiet tal-ishma u li l-prezzijiet tal-ishma fil-Ġappun kienu msaħħa mill-aspettattivi tar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u mill-Prodott Domestiku Gross għar-raba’ kwart tas-sena li għaddiet li kien aħjar milli misdtenni.

L-ex-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi inaħatar Prim Ministru tal-Italja wara li fforma maġġoranza kbira minn fost il-partiti politiċi. In-nomina ta’ Draghi diġa baxxiet id-dħul mill-bonds Taljani u s-saħħa tiegħu tista’ tippermettilu li jħaddem il-fondi Ewropoej u anke jkollu impatt pożittiv fuq il-passi ekonomiċi li jmiss mill-UE. Il-politika kkumplikata fl-Italja u l-għażliet iebsin li jridu jagħmel jistgħu jikkumplikawlu t-triq iżda doża ta’ stabbilità fit-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona ewro hija pożittiva għall-munita unika. L-indiċi lokali tbaxxa b’nofspunt perċentwali.

Ishma

L-ishma fil-MaltaPost u l-Bank of Valletta llum żdiedu bejn il-1.5% u l-1.75%. F’territorju negattiv, il-Malta International Airport u l-Mapfre tilfu kważi 1% waqt li l-Medserv tbaxxew bi kważi 5%. L-ishma tal-RS2 Software tilfu 5.56%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar ibbilanċjati għalkemm kien hemm aktar f’territorju negattiv milli pożittiv. Il-Bortex Group, il-Hili Properties għalqu b’żieda ta’ aktar minn 2%. Żidiet aktar modesti kienu fix-Shoreline li avvanzaw kważi 1%. F’territorju negattiv, kien hemm l-SP Finance li tilfu 0.78%. L-International Hotel Investments, il-Hili Finance u l-Von der Heyden tilfu aktar minn 1% iżda anqas minn 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat tbaxxew mill-ogħla livelli minn Jannar 2020 u qed jiġu negozjati lejn is-$65, iżda xorta żdiedu 1.93% fuq il-ġurnata ta’ qabel. Iż-żieda ta’ 5% tal-ġimgħa li għaddiet qabdet ir-ritmu llum, hekk kif il-prezz qabeż is-$69 minħabba il-biża ta’ żieda fit-tensjoni fil-Lvant Nofsani.

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, il-rpezz tad-deheb irkupra sewwa lejn il-firxa bejn l-$1,820 u l-$1,830. Fil-bidu tas-sessjoni Ewropea llum laħaq l-$1,820. Dan wasra wara l-aħbarijiet tajba dwar it-tielet pakkett ta’ stimulu ta’ $1.9 biljun li mistenni jkun approvat din il-ġimgħa.