Barranin, Lokali
L-isterlina bl-ogħla rata kontra l-ewro fl-isfond ta’ tama għal ftehim fuq Brexit

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina llum telgħet għall-ogħla rata kontra l-ewro wara li membru tal-grupp Brexit tal-Parlament Ewropew qal li “hemm ċans tajjeb ħafna” ta’ ftehim dwar il-pakkett inizjali biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Id-dollaru llum waqqaf tliet ijiem ta’ telf wara li s-Senat Amerikan approva taqliba fiskali kbira matul tmiem il-ġimgħa, għalkemm iż-żidiet kienu limitati hekk kif l-investituri naqqsu t-tamiet ta’ żidiet fir-rati tal-interessi ‘il quddiem.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street żdiedu llum wara li s-Senat Amerikan għadda l-verżjoni tiegħu tat-taqliba fiskali, u b’hekk qed titwettaq bil-mod il-wegħda tal-President Trump li jnaqqas it-taxxi fuq il-kumpaniji biex jespandi t-tkabbir ekonomiku. nId-Dow Jones kellu żieda ta’ 1.04%. L-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 żdiedu b’1.61%,1.93% u 1.51% rispettivament.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-suq lokali tal-ishma bil-MIDI u l-RS2 Software jiżdiedu b’1.45% u 1.25% rispettivament. Il-Bank of Valletta u l-HSBC Bank Malta tilfu 2.67% u 3.17% rispettivament.

Bonds lokali

Is-suq lokali tal-bon kien attiv ħafna llum bil-GlobalCapital 2021 u l-MIDI 2026 żdiedu b’1.55% u 0.98% rispettivament. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 u l-Pendergardens Developments 2022 tilfu 1.90% u 2.66% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-prezzijiet tal-produzzjoni minn xahar għal xahar fiż-żona tal-ewro naqsu b’0.2% minn 0.6% għal 0.4%. Minn sena għal sena, il-prezzijiet tbaxxew minn 2.9% fix-xahar ta’ qabe; għal 2.5%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb illum waqa’ wara li l-esploaturi taż-żejt shale fl-Istati Uniti żieda aktar rigs matul il-ġimgħa li għaddiet għalkemm il-prezzijiet baqgħu qrib l-ogħla f’sentejn grazzi għad-deċiżjoni tal-ġimgħa li għaddiet tal-OPEC u produtturi oħra li jestendu l-ftehim dwar il-qtugħ fil-produzzjoni. Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew qrib l-inqas f’erba’ ġimgħat milħuq il-ġimgħa li għaddiet hekk kif id-dollaru żdiedu wara l-approvazzjoni tat-taqliba fiskali u s-suq qed iħares ‘il quddiem lejn il-laqgħa tal-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-irkupru tad-Dollaru llum waqaf hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor tbaxxa wara żieda qawwija fil-munita minħabba t-tnaqqis tat-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isterlina ssaħħet kontra l-Ewro ġeneralment aktar b’saħħtu…

Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Aktar