L-isterlina bl-ogħla rata kontra l-ewro f’seba’ ġimgħat

Muniti

L-isterlina telgħet għall-ogħla rata kontra l-ewro f’seba’ ġimgħat, qabel laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li mhux mistennija tapprova xi pakkett ta’ stimulu. Il-Bank huwa mistenni li ma jbiddilx il-politika monetarja tiegħu u jirreżisti pressjoni biex jintroduċi stimulu ġdid, iżda jista jagħti ħjiel dwar azzjonijiet f’Diċembru.

Id-dollaru estenda ż-żidiet u muniti marbutin ma’ prodotti ntlaqtu ħażin mill-prezzijiet irħas taż-żejt, bis-swieq imħassba dwar it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-ewro intlaqtet ħażin kontra l-muniti dollari bl-istess riżultat għall-frank Żvizzeru.

Indiċi

Id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan tbaxxa minkejja żieda ta’ 33% fil-Prodott Domestiku Gross fl-aħħar tlitt xhur u tnaqqis f’dawk li jrireġistraw għax-xogħol, hekk kif il-każi ta’ COVID-19 komplew jiżdiedu globalment u bl-elezzjoni presidenzjali żżomm lill-investituri fuq ix-xwiek.

L-ekonomija Amerikana kibret b’pass rekord fit-tielet kwart hekk kif il-gvern tefa’ aktar minn $3 Triljun ta’ għajnuna minħabba l-pandemija, iżda l-effetti qawwija tar-riċessjoni minħabba l-pandemija jistgħu jieħdu sena jew aktar biex jitneħħew.

L-ishma Ewropej irkupraw bi ftit minħabba rapporti finanzjarji tajbin mill-kumpanija taż-żejt Olandiża Royal Dutch u l-fornitur taċ-chips tal-kompjuter ASM, iżda s-sentiment baqa’ fraġli wara li l-biża’ ta’ lockdown wasslet għall-bejgħ qawwi.

Shares

L-ishma okali illumkienu b’mod ġenerali f’territorju negattiv bl-uniċi ishma b’żieda kienu l-PG. F’territorju negattiv kien hemm il-Harvest Technology, b’1.36%. Trident Estates u l-GO tilfu 2.5%. Il-Plaza Centres tbaxxew b’4% waqt li l-agħar li marru kienu dawk tal-Maltapost, li tilfu 8.5%.

Bonds

Is-sitwazzjoni fil-bonds lokali kienet imħallta bl-Eden Finance 2027 javvanzaw 1.72%, segwiti minn Hili Properties b’0.97% u Cablenet Communications Systems, li żdiedu 0.39%. Kien tnaqqis żgħir fil-bonds tal-International Hotel Investments u l-AX Group. Il-bonds ta’ Stivala Group 2027 tilfu nofs punt perċentwali.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum tilfu 5% għall-inqas prezz min-nofs Ġunju, u estendew it-telf qawwi tal-jum ta’qabel minħabba l-effett potenzjali li l-lockdowns tal-koronavirus jista’ jkollhom fuq id-domanda għaż-żejt. Id-deheb tbaxxa bi ftit, b’0.3% waqt li ma kien hemm ebda movement fil-prezz tal-fidda.