Barranin
L-isterlina b’livell għoli ġdid wara li l-partit nazzjonali Skoċċiż ma kisibx maġġoranza

Muniti

L-isterlina laħqet livell għoli ġdid fi tliet xhur għal aktar minn $1.41 kontra d-dollaru Amerikan, wara li l-Iscottish National Party ma kisibx maġġoranza fl-Iskozja u hekk kif ir-Renju Unit lest li jestendi l-ftuħ ekonomiku. Id-dollaru għadu qed ibati mir-rapport dgħajjef dwar l-impiegi ta’ nhar il-Ġimgħa.

L-ewro tela’ ‘l fuq minn $1.2150 għax id-dollaru kompla jinżel. L-inċertezza dwar il-politika tal-Bank Ċentrali Ewropew qed ikollha xi ftit effett fuq l-ewro, waqt li r-rapport tal-fiduċja tal-investitur minn Sentix ta sostenn lill-munita unika.

Wara li laħqet għal xi ftit ħin il-livell l-aktar baxx tal-jum ta’ 9.95 il-krona Norveġiża mal-ewro, ir-rata rkuprat u laħqet l-10 krona, u aktar fil-bidu tal-ġimgħa. Il-krona baqgħet fuq id-difiża minkejja li l-prezz ta’ referenza Ewropew tal-Brent kellu xi żieda diċenti llum, xorta qed ikun negozjat taħt il-limitu ewlieni ta’ $70.00.

Indiċi

L-indiċi ewlenin tal-ishma fl-Istatgi U niti bdew il-ġimgħa b’ton imħallat fost prfestazzjonijiet varji tas-setturi maġġuri. L-S%P 500 tilef 0.13%, id-Dow Jones kien qed jiżdied b’0.7% u n-Nasdaq tilef 1.28%.

L-indiċi fl-Ewropa u fir-Renju Unit kienu xi ftit negattivi, bil-Ġappun jiżdied b’1%. L-indiċi lokali kellu żieda żgħira.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, kienu l-Bank of Valletta biss li kienu negozjati b’żieda ta’ 2.22%. Tliet ishma kienu f’territorju negattiv. L-RS2 Software tilfu ftit aktar minn 1%; l-HSBC tilef 1.2% u l-BMIT Techologies tbaxxew bi 2%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar ottimisti. Il-Mercury Projects żdiedu 1% waqt li l-Hili Finance 2029 u l-Isola Bank avvanzaw nofs punt perċentwali. It-Tum Finance tilfu 2.5%, il-Mariner tilfu 0.10% u l-Hili Finance 2028l b’0.09%

Prodotti Essenzjali

Prezzijiet taż-żejt li naqsu xi ftit xprunaw lill-ishma tal-enerġija llum. L-indiċi tal-enerġija kien qed jiżdied b’aktar minn 2% u l-Brent kien qed jitlef 0.12%. Kmieni fil-jum, rapporti qalu li attack ċibernetiku sforza lill-Istati uniti li jagħlqu il-pipelines tal-fjuwil.

Id-deheb wera żieda għar-raba’ jum. L-ostaklu li jmiss huwa qrib l-$1,850. Analisti tekniċi qed jistennew korrezzjoni li mistennija tasal qabel żieda oħra fil-prezz.