Barranin
L-Isterlina b’telf wara l-vot tal-bieraħ kontra proposta li tevita Brexit mingħajr ftehim

Muniti

L-Isterlina għoliet illum wara xi telf minħabba ċ-ċaħda tal-Parlament Ingliż tal-emendi sabiex il-Brexit jiddewwem, hekk kif l-investituri qed jittamaw bis-sod li l-Gvern xorta ser jevita li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim kummerċjali maqbul.

Muniti oħrajn offrew stampa mħallta bid-dollaru aktar dgħajjef kontra r-rivali Ewropej, minkejja li l-iżviluppi fl-Unjoni huma ferm ‘il bogħod minn inkoraġġjanti. Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra muniti meqjusa siguri bħall-Yen u l-Frank Żvizzeru, hekk kif Wall Street kien mistenni jiftaħ f’territorju pożittiv sewwa minħabba tamiet ta’ soluzzjoni fit-tilwima bejn l-Istati Unitu u ċ-Ċina.

Indiċi

Kumpaniji Ewropej fl-indiċi STOXX 50 mistennija li jirrapportaw żieda ta’ 3.6% tkabbir fid-dħul minn sena għal sena fir-raba’ kwart, inqas mit-tbassir tal-ġimgħa li għaddiet ta’ 4.8%.

L-indiċi Ingliż żdied illum wara waqgħa kbira fl-Isterlina matul il-lejl meta l-parlamentari Ingliżi vvutaw kontra proposta li kellha l-għan li tevita Brexit mingħajr ftehim.

Il-FTSE 100, iffukat fuq l-esportazzjoni, żdied b’1% sa dalgħodu biex estenda ż-żieda ta’ aktar minn 1% tal-bieraħ qabel il-vot waqt li l-FTSE 250 li huwa aktar iffukat fuq kummerċ domestiku żdied b’0.2%.

Ishma

F’Malta kienet ġurnata oħra kwieta fil-qasam tal-ishma bil-MaltaPost jitilfu 1.54% u l-RS2 Software juri żieda ta’ 0.68%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 tilfu 1.49% bil-Melite Finance 2028 ukoll jitilfu 0.55%. L-akbar żieda kienet ta’ 0.49% fis-6PM Holdings 2025.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu madwar 1% illum, mogħtija spinta minn tħassib dwar tfixkil fil-provvista wara s-sanzjonijiet Amerrikani kontra l-industrija taż-żejt fil-Veneżwela u mill-inċertezza fit-tkabbir ekonomiku gobali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara diversi stħarriġ wrew li l-attività tan-negozji sorprendentement kienet soda matul Frar, partikolarment fi Franza waqt li d-Dollaru Awstraljan tbaxxa wara li port Ċiniż ipprojbixxa l-importazzjoni…

Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Aktar