L-Isterlina ddgħajfet għal darb’oħra hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq Theresa May

L-Isterlina ddgħajfet għal darb’oħra llum hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Theresa May biex tiffissa d-data għar-riżenja wara aktar inkwiet fuq l-aħħar sforz tagħha dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

L-aħħar attentat ta’ May biex tikseb l-appoġġ mill-kollegi tagħha wassal għal rvell minn uħud mill-ministri li jappoġġjaw il-Brexit. B’hekk kibret l-inċertezza politika fir-Renju Unit u waslet għal bejgħ tal-Isterlina.

Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’xahar hekk kif l-inċertezzi ekonomiċi u politiċi infirxu mal-Ewropa u l-Asja, b’effett kuntrarju għall-muniti ewlenin bħall-ewro u l-yuan.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew llum hekk kif l-aħħar sensiela ta’ taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u stħarrig batut dwar in-negozju naqqsu s-sentiment ta’ riskju li deher ilbierah, waqt li l-Prim Ministru May tiffaċċja pressjoni biex tirriżenja.

Dan segwa xejra ‘l  isfel fl-ishma fl-Asja għall-inqas livell f’erba xhur, hekk kif l-investituri huma mħassba li t-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed tinbidel fi gwerra bierda ibbażata fuq it-teknoloġija.

L-aħħar evidenza tal-impatt tal-kunflitt dehret fil-Ġermanja fejn l-attività fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi waqgħet matul Mejju.

Ishma

Fil-Borża ta Malta, l-ishma tal-Medserv tilfu 13.06% segwiti minn FIMBank bi tnaqqis ta’ 4.62%, HSBC Bank Malta bi 2.35% u Tigne Mall b’1.64%. Malita Investments żdiedu bi 2.42%, Trident Estates b’1.82% u l-Malta Properties Company wreqw żieda ta’ 1.64%.

Bonds

L-akbar movement fil-bonds lokali, kien fil-United Finance 2023 li tilfu 2.55%, waqt li is-6PM Holdings 2025 żdiedu b’1.98% segwiti minn Mediterranean Investments Holdings 2022 b’1.49%.

 Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu llum u komplew bit-telf tas-sessjoni ta’ qabel fost żieda fl-inventarji taż-żejt fl-Istati Uniti hekk kif produzzjoni baxxa u t-tensjonijiet kummerċjali qed ikollhom effett fuq id-domanda.

L-ishma fid-dinja baqgħu baxxi għal erbat ijiem fl-aħħar ħamest ijiem minħabba t-tħassib dwar il-kunlitt bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li qed tersaq lejn gwerra bierda bit-teknoloġija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Id-Dollaru tbaxxa llum hekk kif it-tensjoni kummerċjali li qed tikber bejn Washington u Beijing u t-tamiet qawwija li ser jitbaxxew r-rati tal-interessi Amerikani, naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana. Kontra basket ta’…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

L-ewro rtira mill-ogħla rati f’xahrejn illum wara li ftehim bejn il-Messiku u l-Istati Uniti dwar l-immigrazzjoni ta spinta lid-dollaru u wara li sorsi qalu li l-Bank Ċentrali Ewropew kien lesti…

Aktar