Barranin
L-isterlina fl-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro

Muniti

L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u b’hekk itemm l-inċertezza ta’ terminu qasir. Id-dollaru irtira lejn l-inqas rata f’xahar kontra grupp ta’ muniti, taħt pressjoni mill-istatistika ekonomika li kienet dgħajfa aktar milli msitenni u mill-avvanz qawwi tal-ewro u l-isterlina din il-ġimgħa.

 

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street fetħu ogħla llum għat-tieni sessjoni infila minħabba tamiet aħjar ta’ ftehim prelimarinari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-ishma Ewropej issodaw wara irkupr qawwi, hekk kif sinjali mħallta dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina skoraġġew lill-investuri milli jirriskjaw. Uil-CAC 40 u t-Topix kienu l-aktar indiċijiet li żdiedu b’madwar 0.5%.Il-FTSE 100 tilef 0.4% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef bl-istess marġni.

Ekwiti Lokali

 

Fl-ishma lokali, dawn kienu negattivi bil-Bank of Valletta, Il-GO, il-MIDI u l-Plaza jitilfu 1% kull wieħed. L-International Hotel Investments u l-Malta Properties Company tilfu konsiderevolment b’tal-ewwel jitilfu 2.5% u tal-aħħar 8%.

 

Bonds

 

Anke s-settur tal-bonds lokali tilef. L-International Hotel Investments 2026 żdiedu 1.5% waqt li l-Tumas Investments 2024 u l-Mercury Projects Finance 2031 tilfu madwar 1.5%. Gasan Finance 2019/21 u l-Medserv Bonds 2026 tilfu madwar 2% waqt li l-Hili Properties 2025 u l-Mercury Porjects Finance 2027 tilfu bejn 2% u 3%.

Prodotti Essenzjali

 

Intermedjarji fis-swieq finanzjarji qalu li l-kumpanija ġganatija statali taż-żejt fl-Għarabja Sawdija, Saudi Aramaco ippreżżat l-IPO fuq net tal-firxa indikattiva. B’hekk din saret l-akbar offerta għall-ishma fid-dinja li ser iiġbor aktar minn $25 biljun li inġabru meta l-kumpanija Alibaba ħarġet l-ishma fl-2014. Panel ministerjali tal-produtturi ewlenin tal-OPEC u l-pajjiżi alleati rrakkomandaw li jkabbru t-tnaqqis fil-produzzjoni b’500,000 barmil kuljum oħra. Sadattant il-prezz taż-żejt żdied 1% illum, waqt li l-metalli prezzjużi, għalkemm kienu pożittivi
rreġsitrat żidiet modesti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar