Barranin
L-Isterlina f’livell baxx wara taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-UE kienu qrib il-kollass

Muniti

Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan l-aħħar xahar fost inċertezza dejjem akbar dwar Brexit. Intant Powell indika aktar tnaqqis fir-rati u xiri ta’ bonds.

Id-dollaru tela’ xi ftit għal 107.14 kontra l-Yen Ġappuniż iżda niżel kemmxejn kontra l-Ewro u kien qed jiġi nnegozjat għal $1.0981. L-indiċi tad-dollaru li jkejjel il-munita tal-Istati Uniti kontra ġabra ta’ muniti ewlenin kien madwar 99.09.

L-Isterlina baqgħet fil-livell ta’ $1.2214, qrib l-aktar livell baxx sa minn Settembru hekk kif ħarġu rapporti li t-taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea kienu qrib il-kollass bla ebda ftehim dwar il-ħruġ.

Indiċi

Profitti tajbin għall-kumpaniji taw spinta lill-istokks illum wara li fis-sessjoni ta’ qabel kien hemm telf ta’ 1%, iżda s-sentiment baqa’ fraġli hekk kif l-Istati Uniti u ċ-Ċina resqin lejn taħditiet kummerċjali delikati u l-ħruġ bla intoppi tal-Ingilterra mill-UE jibqa’ dubjuż.

Wall Street fetaħ f’livell ogħla għall-ewwel darba fi tliet sessjonijiet hekk kif rapporti fil-midja kebbsu tamiet ta’ progress fit-taħditiet kummerċjali ta’ livell għoli bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina wara bidu mqalleb din il-ġimgħa.

Il-president tal-Federal Reserve Jerome Powell indika ftuħ għal aktar tnaqqis fir-rati u tenna li l-bank ċentrali se jaġixxi kif xieraq f’ekonomija li jidher li se tkompli tespandi.

L-investituri issa qed jiffokaw fuq l-istaġun tal-qligħ li jmiss li jibda l-ġimgħa d-dieħla bir-rapporti tal-banek Amerikani.

Ishma lokali

Illum l-istokks lokali kienu fil-biċċa l-kbira negattivi b’Bank of Valletta plc jirreġistra telf ta’ 1.75%, segwit minn HSBC Bank Malta plc b’telf ta’ 0.74%, International Hotel Investments plc li niżlu b’0.64%, Malta International Airport plc li għalqu bil-prezz ta’ €7.50 bi tnaqqis ta’ 1.32% mill-aħħar sessjoni ta’ negozjati. L-agħar illum kienu Malta Properties Company plc, li għalaq bil-press ta’ €0.65 b’telf ta’ 2.26%.
Bonds.

Għall-kuntrarju tal-suq lokali tal-istokks, is-suq lokali tal-bonds kien fil-biċċa l-kbira pożittiv b’3.65% GAP Group 2022 li tela’ 1.68%, 5.00% Mediterranean Investments Holdings 2022 li rreġistraw profitt ta’ 0.50% fuq il-prezz tagħhom, 4.50% Hili Properties 2025 li telgħu b’0.43%, 5.00% Dizz Finance 2026 telgħu wkoll għat-tieni jum konsekuttiv u llum telgħu b’0.98% u 4.00% Eden Finance 2027 kisbu 1.57%. 5.10% 1923 Investments 2024 niżlu b’0.74% u 6.00% International Hotel Investments 2024 niżlu b’1.37%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ wara rapporti fil-midja li ċ-Ċina kienet lesta taqbel fuq ftehim kummerċjali parzjali mal-Istati Uniti filwaqt li l-instabbiltà fil-pajjiżi membri tal-OPEC, l-Iraq u l-Ekwador, ukoll żammew il-prezzijiet għolja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Aktar