Barranin
L-isterlina f’sitwazzjoni prekarja

L-isterlina llum kienet f’sitwazzjoni prekarja hekk kif riesqa lejn l-agħar ġimgħa f’aktar minn sentejn, imfixkla mill-biża’ familjari ta’ ħruġ kaotiku tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, waqt li statistika tajba ferm ippermettiet li d-dollaru jwaqqaf it-tnaqqis riċenti.

Wara aktar minn tliet snin li r-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropej fir-referendum tal-2016, il-Gvern ta’ Johnson ser joħroġ mill-blokk politiku fi tmiem Jannar li ġej u ffissa Diċembru 2020 bħala skadenza fissa biex jintlaħaq ftehim kummerċjali mal-Unjoni.

L-inċertezza minħabba dan il-prospett għen lill-Frank Żvizzeru meqjus bħala munita sikura għall-ogħla livell f’xahar kontra l-ewro għal 1.0881 frank kull ewro u l-aktar kontra d-dollaru minn Awwissu.

Id-dollaru l-aħħar li kien negozjat kien ftit aktar b’saħħtu għal 109.31 yen u ftit aktar dgħajjef kontra l-ewro għal $1.1116. Id-dollaru kellu żieda ta’ 0.7% kontra lil-yen din il-ġimgħa.

Skont stħarriġ maħruġ illum, is-sentiment fost il-konsumaturi Ġermaniżi ħżien bla mistenni hekk kif resqin lejn Jannar, ħaġa li tissuġġerixxi li l-infieq domestiku fl-akbar ekonomija Ewropew jista’ jidgħajjef  fil-bidu tas-sena. L-indikatur tas-sentiment tal-konsumatur ippubklika mill-Istitut GfK ta Nurrimburgu u ibbażat fuq madwar 2,000 Ġermaniż tbaxxa minn 9.7 għal 9.5 f’Diċembru.

Il-Bank of England żamm l-istess rati ta’ interessi u qal li huwa kmieni wisq biex jivvaluta kif r-rebħa elettorali tal-Prim Ministru Johnson tista’ tneħħi l-inċertezza dwar Brexit li hija mdendla fuq l-ekonomija. L-Isterlina tilfet 0.51% kontra d-Dollaru għal $1.301 u b’hekk estendiet il-waqgħa kerha ta’ din il-ġimgħa wara li Johnson reġa’ qajjem il-possibbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim kummerċjali.

Il-prezzijiet taż-żejt illum kienu stabbli qrib l-ogħla prezz fi tlitt xhur u resqin lejn it-tielet ġimgħa ta’ żieda, wara li tnaqqset it-tensjoni kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li kellha effett ħażin fuq id-domanda kif ukoll fuq il-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku globali.

Il-Brent żdied b’6 cents, jew 0.09% għal $66.60 waqt li l-United States West Texas tilef 6 cents jew 0.1% għal $61.12 kull barmil.

Il-progress fit-tilwima kummerċjali twila bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-akbar żewġ konsumaturi taż-żejt fid-dinja, kabbar l-aspettattivi għal domanda akbar għall-enerġija matul is-sena d-dieħla.

Iċ-Ċina lbieraħ ħabbret lista ta’ eżenzjoniet mit-tariffi tal-importazzjoni għal sitt prodotti taż-żejt u kimiċi mill-Istati Uniti, jiem wara li ż-żewġ pajjiżi ħabbru ftehim preliminarji li għandu jkun iffirmat fil-bidu ta’ Jannar. L-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija qalet nhar l-Erbgħa li l-ħażniet ta’ żejt mhux maħdum fl-Istati uniti tbaxxew b’1.1 miljun barmil fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Diċembru.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew illum, taħt pressjoni minn sentiment miżjud ta’ riskju minħabba t-tamiet li dalwaqt ikun iffirmat il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li l-investituri qed jistennew l-istatistika dwar il-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Uniti għal aktar ħjiel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar