L-Isterlina lbieraħ waqgħet għall-inqas rata fi tliet snin

L-ewro llum irkupra kontra d-Dollaru Amerikan għax kummenti minn uffiċjali Ewropej wasslu għal dubbju dwar kemm ser ikun kbir il-pakkett ta’ stimulu monetarju mill-Bank Ċentrali Ewropew li huwa mistenni l-ġimgħa d-dieħla, waqt li l-investituri biegħu lid-dollaru għal muniti aktar riskjużi. Christine Lagarde, li mistennija tkun il-President li jmiss tal-Bank, qalet politika bħal din fit-tul kienet neċessarja iżda żiedet tgħid li wieħed irid joqgħod attent għall-effett negattivi ta’ għodod monetarji bħal dawn.

L-aspettattivi għal tnaqqis fir-rati tal-interessi u t-tnedija mill-ġdid tax-xiri tal-assi u miżuri oħra mill-Bank Ċentrali Ewropew kellhom effett ħażin fuq l-ewro li l-bieraħ tbaxxa għall-inqas rata fi 28 xahar ta’ $1.0926.

Kontra l-Isterlina, l-ewro tilef 0.43%.

Stħarriġ minn Reuters juri li l-Isterlina tista tiżdied b’6% kontra l-ewro jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropa bi ftehim, prospett li jidher aktar probabbli wara li l-parlamentari ħadu l-kontroll tal-parlament biex jippruvaw jimblukkaw Brexit bla ftehim.

L-Isterlina lbieraħ waqgħet għall-inqas rata fi tliet snin wara t-theddida impliċita tal-Prim Ministru Johnson li jew jagħtuh appoġġ inkella ssir elezzzjoni u dan wassal biex investituri jbiegħu assi Brittaniċi. Iżda waqt li l-munita rpiljat llum wara t-telfa ta’ Johnson ilbierah filgħaxija, hija mistennija li jkollha quddiemha aktar ċaqliq kbir hekk kif tkompli l-battalja ta’ Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw għall-ogħla prezzijiet f’xahar, hekk kif żviluppi politiċi fl-Italja u r-Renju Unit naqqsu n-nervożismu tal-investituri, waqt li tamiet li Hong Kong jirtira l-abbozz dwar l-estradizzjoni  fil-qalba ta’ xhur ta’ protesti għenu kumpaniji ffokati fl-Asja.

Il-parlamentari Ingliżi għelbu lill-Prim Ministru Johnson f’ħidma biex ma jħalluhx joħroġ lill-pajjiż minghajr ftehim bil-Prim Ministru jħabbar li huwa ser jaħdem immedjatament għal elezzjoni ġenerali.

L-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti tela’ llum wara statistika nkorraġjanti miċ-Ċina naqqset t-tħassib ta’ tnaqqis fit-tkabbir globali fl-isfond tat-tilwima bejkn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 0.88%; il-BMIT Technologies b’0.95%. Il-Malita Investments avvanzaw 1.78% u żieda ta’ 2.86% fil-Malta International Airport. Il-MaltaPost kienu l-ishma li l-aħjar li marru bi 3.85%. L-RS2 Software tilfu 0.52% u Tigne Mall bi 2.15%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2022 żdiedu b’0.46%; il-GAP Group 2023 naqsu b’0.57%; Tumas Investments 2024 żdiedu b’0.92%, Best Deal Properities Holdings 2024 wrew żieda b’0.42%; il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.43%; Tumas Investments 2027 żdiedu b’0.48% u Tum Finance 2029 avvanzaw b’0.49%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt illum żdiedu, xprunati minn domanda akbar mis-suq wara aħbarijiet pożittivi mis-settur tas-servizzi fiċ-Ċina, wara tlitt ijiem ta’ telf minħabba l-biża’ li l-ekonomija globali qed tbati. Il-Brent żdied bi 2.42% għal $59.81 waqt li l-United States West Texas Intermediate bi 2.93% għal $55.45.

Il-prezz tad-deheb illum tbaxxa hekk kif l-investituri biegħuh biex jiksbu l-profitt wara żieda ta’ 1% fis-sessjoni ta’ qabel u hekk kif battew ir-riskji politiċi fl-Ewropa u fl-Asja, iżda t-tħassib dwar l-ekonomija globali u dwar il-kwistjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-deheb qrib l-ogħla prezz f’sitt snin.

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar