Barranin
L-Isterlina ma tibqax tirkupra wara li ma ntlaħaqx ftehim dwar Brexit

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda wiegħed li jkompli jinvesti mill-ġdid bonds li ser jagħlqu u b’hekk jevita tnaqqis fil-karta ta’ bilanċ tiegħu għal perjodu estiż ta’ żmien.

L-irkupru tal-Isterlina malajr intemm hekk kif jidher li l-Parlament Ingliż mhux ser jilħaq ftehim dwar il-Brexit u dan wassal biex l-investituri jbigħu l-Isterlina biex jagħmlu profit li deher wara li l-Prim Ministru Theresa May rebħet vot ta’ sfiduċja kontriha.

L-Unjoni Ewropea qalet li l-ftehim dwar il-Brexit diġà miftiehem mhuwiex miftuħ għan-negozjati anke jekk il-mexxejja Ewropej taw assigurazzjonijiet lil May li huma ser ifittxu ftehim ġdid mal-Inglilterra sal-2021 sabiex il-“backstop” Irlandiża qatt ma tidħol fis-seħħ.

L-Ewro tilef 0.08% kontra d-Dollaru għal $1.13520, 0.11% kontra l-Yen u b’0.06%kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika wriet żieda ta’ 0.20% kontra l-Isterlina; 0.59% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.17% kontra d-Dollaru Kanadiż.

L-ishma Ewropej fetħu b’mod ġenerali f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 0.04%; l-iSTOXX 50 b’0.14%; id-DAX b’0.04% u l-CAC 40 b’0.26%.

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu xi ftit miż-żieda tal-Ħamis wara tnaqqis fl-inventarji tal-Istati Uniti u tamiet li s-suq globali taż-żejt jista’ jkollu defiċit aktar kmieni milli kien maħsub qabel.

Il-Brent tilef 0.85% għal $60.92 u l-U.S. Light Crude tbaxxa b’0.65% għal $52.23 wara li l-bierah it-tnejn żdiedu b’aktar minn 2.5%.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.28% għal $1,238.53 waqt li l-fidda tilfet 0.69% għal $14.64820.

Nagħtu ħarsa issa lejn xi aħbarijiet finanzjarji li huma mistennija l-ġimgħa d-dieħla.

Nhar it-Tnejn ikun ippublikat l-Indiċi fuq sena tal-Prezzijiet għall-Konsumatur taż-żona tal-Ewro u mill-Awstralja joħorġu l-prospett ekonomiku u fiskali ta’ nofs is-sena u d-deċiżjoni tar-rata tal-interessi mir-Reserve Bank of Australia u l-minuti tal-laqgħa tal-istess bank.

Nhar il-Tlieta mill-Ġermanja ikun hemm l-indiċi tal-klima kummerċjali mill-aġenzija Ifo u l-permessi tal-bini fl-Istati Untii li huma indikazzjoni tad-domanda fis-suq tad-djar.

Nhar l-Erbgħa joħorġu diversi ċifri. Mir-Renju Uniti u mill-Kanada jkun hemm l-indiċi fuq sena tal-prezzijiet għal konsumatur. L-istatistika li ser toħroġ mill-Istati Uniti ser tkun dwar il-bejgħ tad-djar; l-inventarji taż-żejt; it-tbassir tal-Kumitat Monetarju tal-Federal Reserve, l-istqarrija mill-istess Kumitat u d-deċiżjoni tal-Fedreral Reserve dwar ir-rata tal-interessi. Ikun hemm ukoll l-istqarrija mill-Ġappun dwar il-politika monetarja.

Nhar il-Ħamis ikun hemm l-konferenza stampa mill-Bank of Japan; il-bejgħ bl-imnut mir-Renju Uniti; id-deċiżjoni tar-rata tal-interessi mill-Bank of England u l-indiċi tal-manifattura minn Philadelphia fl-Istati Uniti.

Bħal-lum tmint ijiem mir-Renju Uniti jkun ippublikat il-Prodott Domestiku Gross għal tliet xhur u għal sena; ikun hemm ix-xhieda tal-President tal-Federal Reserve Amerikan Jeremy Powell; il-bejgħ tal-oġġetti durabbli u l-Prodott Domestiku Gross ukoll mill-Istati Uniti. Fl-aħħarnett, nhar mill-Kanada joħorġu ċ-ċifri tal-bejgħ bl-imnut u l-Prodott Domestiku Gross fuq xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar