X

L-Isterlina mistennija taqa’ minħabba tħassib dwar Brexit

L-Isterlina llum kienet mistennija li jkollha l-akbar waqgħa f’aktar minn tliet xhur hekk kif kiber it-tħassib dwar il-progress tan-negozjati dwar il-Brexit.

Is-sentiment kompla jintlaqat ħażin mill-istatistika dwar il-manifattura fir-Renju Unit li wriet l-istat dgħajjef tal-ekonomija Ingliża.

Id-Dollaru kkonsolida qrib l-ogħla rata f’ġimgħa kontra l-muniti rivali hekk kif it-tensjonijiet dwar in-negozjati kummerċjali globali saħħew id-domanda għall-munita Amerikana, għalkemm it-tħassib dwar il-flussi ta’ kapital illimita ż-żidiet.

Indiċi

Ma kien hemm ebda movimenti fl-ishma Ewropej fost tħassib dwar il-kummerċ u s-swieq emerġenti.

L-ishma ftit iċċaqilqu minħabba li t-tħassib dwar il-politika kummerċjali Amerikana u t-tħassib dwar is-swieq emerġenti għamel pressjoni fuq l-ishma wara li s-swieq Asjatiċi għalqu aktar baxxi.

Il-FTSE 100 baqa’ l-ogħla b’żieda ta’ 0.83% u rrifletta ż-żidiet ta’ dawk li xtraw id-dollaru hekk kif l-Isterlina tilfet kontra d-Dollaru u l-Ewro.

Id-Dow Jones tilef 0.09% mal-ftuħ waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef ukoll 0.071%.

Ishma

Fost l-ishma lokali, l-akbar żieda kienet dik mill-Medserv li l-prezz tagħhom tela’ għal €1.09, żieda ta’ 3.81%. L-ishma li tilfu l-aktar kienu dawk tal-MIDI li tilfu 2.63% għal €0.56.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, dawn kienu b’mod ġenerali negattivi. L-International Hotel Investments 2023 tilfu 2.67%; il-MIDI 2026, 1.92% u l-Mediterranean Investments Holdings 2022, 1.73%.

L-uniku ċaqliq pożittiv kienu fis-5PM holdings 2025 u l-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 li żdiedu b’1.04% u 1.00% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, sostnuti mit-tħassib  li produzzjoni inqas mill-Iran ser tnaqqas il-provvista ladarba s-sanzjonijiet Amerikani jibdew iseħħu f’Novembru, iżda ż-żidiet kienu limitati minn provvista ogħla mill-OPEC  u l-Istati Uniti.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.13% għal €1,199.95 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.48% fil-prezz tal-fidda għal $14.48.

av :