Barranin
L-isterlina qed ikollha l-agħar xahar f’erba’ snin

Muniti

L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru.

Id-dollaru tela’ għal $1.1671 kull ewro, l-ogħla mis-27 ta’ Lulju, wara li statistika wriet li s-settur privat fil-Ġermanja irkupra inqas milli kien mistenni matul Settembru fost dgħufija fis-servizzi domestiċi. Stħarriġ wera li l-moral tal-konsumatur Ġermaniż tjieb inqas milli kien mistenni.

Rapport aktar kmieni wera li l-attività tan-negozju fi Franza tbaxxiet għall-inqas livell f’erba’ xhur matul Settembru, bis-settur tas-servizzi dgħajjef aktar milli mbassar, hekk kif Franza qed titħabat biex tikkontrolla żieda fil-każi tal-koronavirus.

L-investituri fl-isterlina u fl-ewro huma wkoll inkwetati li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea ma jiftehmux dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles, li jikkawża aktar pressjoni ekonomika.

L-isterlina qed ikollha l-agħar xahar f’erba’ snin u estendiet il-waqgħa tagħha kontra d-dollaru u l-ewro wara li tħabbru restrizzjonijiet fit-tul minħabba l-koronavirus.

Indiċi

L-S&P 500 u d-Dow Jones fetħu ogħla, bin-Nike jilħaq livell rekord wara rapport tajjeb ħafna ta’ kull tleit xhur, waqt li l-investituri qed jistennew id-dejta dwar l-attività tan-negozju domestiku biex jifhmu l-pass tal-irkupru ekonomiku.

L-ishma Ewropej estendew l-irkupru wara l-bejgħ qawwi kmieni din il-ġimgħa, bl-investituri jistennew l-aħħar dejta dwar l-attività tan-negozju biex jaraw jekk l-irupru ekonomiku waqafx hekk kif bosta pajjiżi qed jimponu restrizzjonijiet ġodda minħabba l-koronavirus.

Il-FTSE 100 kien l-aħjar indiċi li mar. L-indiċi lokali tilef 0.28%

Shares

In-negozju fl-ishma llum ma tantx kien qawwi, iżda ċ-ċaqliq kien bil-bosta. Simonds Farsons Cisk żdied 4%, il-Malta International Airport kienu negozjati bla bidla fil-prezz, waqt li ż-żewġ banek ewlenin, il-Bank of Valletta u l-HSBC Bank Malta tilfu fil-prezz. Il-Bank of Valletta tilfu kważi 1% waqt li t-telf fl-HSBC kien ħames darbiet aktar.

Bonds

Il-bonds kienu aktar attivi mill-ishma. L- International Hotel Investments 2026 żdiedu 1.97%, Il-Hili Finance żdiedu 1.86% waqt li l-MIDI avvanzaw 3%. F’territorju negattiv, il-Mariner Finance u l-GAP tilfu madwar 0.5%, l-International Hotel Investments 2026 tilfu 1.29% wwaqt li l-Hal Mann Vella Group tilfu inqas minn 3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela għal madwar $42 kull barmil sostnut minn sentiment ta’ riskju miżjud u rapport li tbaxxew il-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti għalkemm il-provvista taż-żejt mhux raffinant u tħassib dwar domanda wieqfa illimitaw iż-żieda.

Id-deheb u l-fidda kellhom jum negattiv fejn il-fidda tilfet 5%. Id-deheb tilef aktar minn 1%.