L-Isterlina qed tiddependi fuq Brexit

L-Isterlina tiżdied bi 3% jekk tinħall l-għoqda dwar il-Brexit u r-Renju Unit joħroġ bi ftehim mill-Unjoni Ewropea, iżda titlef 5% jekk in-negozjati ifallu.

Id-dollaru laħaq l-ogħla livell kontra l-yen llum, mgħejjun minn tamiet qawwija li t-tilwima li ilha sejra bejn l-Istat Uniti u ċ-Ċina ser tkun riżolta ma jdumx.

Id-dollaru żdied b’0.85% kontra l-yen din il-ġimgħa, anke minħabba fatturi bħal statistika tajba mill-Istati Uniti u titjib mifrux fis-sentiment ta’ riskju.

It-tilwima kummerċjali bejn l-akbar żewġ ekonomija fid-dinja laqtet lis-swieq finanzjarji għal din l-aħħar sena, b’assi aktar riskjużi ħassew d-daqqa aktar minħabba l-impatt dejjem jikber fuq in-negozju u tkabbir ekonomiku.

Ilbieraħ il-President Trump qal li ż-żewġ pajjiżi jinsabu qrib ħafna ta’ ftehim li jista’ jkun imħabbar fi ftit jiem.

Fuq il-front ekonomiku, l-investituri ser ikollhom l-opportunità biex iqisu s-saħħa tal-akbar ekonomija tad-dinja meta llum jinħareġ r-rapport dwar l-impjiegi għal Marzu.

Id-dollaru rkuprat 1.8% minn meta tbaxxa għall-inqas rata f’sitt xhur ta’ 109.70 yen fil-25 ta’ Marzu.

Il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni għeleb lill-Konservattivi f’bye election, u żamm is-siġġu parlamentari hekk kif il-Prim Ministru Theresa May qed titħabat biex il-Parlament jirratifika l-ftehim tat-tluq mill-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju Unit intefa’ fi kriżi minħabba nuqqas ta’ ftehim fuq il-Brexit: la l-ftehim ta’ May u lanqas xi alternattivi ma kienu approvati mill-House of Commons.

Il-Laburisti rebħu 40% fl-elezzjoni għas-siġġu ta’ Newport West f’Wales, inqas mit-52% fl-elezzjoni tal-2017.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew, bil-Brent jaqa’ taħt is-$70 milħuq fil-jum ta’qabel, miġbud ‘l isfel minn tħassib dwar il-progress fit-taħditiet bejn it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-United States West Texas Intermediate tilef 1 cent għal $62.09. Il-prezz tilef 36 cent fis-sessjoni preċedenti wara li kien laħaq it-$62.99 nhar l-Erbgħa.

Qed ikollu effett fuq il-prezzijiet it-tħassib li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jista’ jnaqqqas il-konsum tal-fjuwil.

L-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-akbar żewġ konsumturi taż-żejt, jistgħu jkun qrib lejn tmiem tat-tilwima kummerċjali bejniethomn għalkemm baqa’ xi ostakoli.

Aħbarijiet Oħra

Ir-rata tal-ewro kontra d-Dollaru Amerikan baqgħet baxxa matul is-sessjoni Ewropea u tbaxxiet għall-inqas livell fi 22 xahar ta’ madwar $1.1118. Tħassib dwar it-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja kompla jitfa’ pressjoni fuq…

Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

L-ewro sa issa kien negozjat b’mod imħallat, żamm sod kontra d-dollaru li miegħu tilef 0.08% għal $1.1245. Barra dan, l-ewro tilef 0.27% kontra l-Isterlina u 0.10% kontra l-Yen. Il-munita unika…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Aktar