Barranin
L-isterlina qed tieħu vantaġġ mis-sentiment tas-suq tajjeb biex tiżdied

Muniti

L-ewro qed jiġi innegozjat għal $1.19, żieda mill-inqas livelli tal-2021 ta’ $1.1836 hekk kif id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan ta’ 10 snin tela’ għal aktar minn 1.60%.

L-isterlina qed tieħu vantaġġ mis-sentiment tas-suq tajjeb biex tiżdied u laħqet is-$1.3850. It-taħlita ta’ dħul inqas mill-bonds Amerikani, il-fehma tal-Gvernatur tal-Bank of England kontra rati negattivi u l-progress tar-Renju Unit fuq il-vaċċin qed isaħħaħ ir-rata.

L-ewro rkupra żewġ sessjonijiet ta’ telf kontra l-yen u rnexxielu jiskeb lura ż-żieda bi tweġiba għal irkupru moderat fil-munita unika.

Indiċi

Illum kollox kien pożittiv fl-indiċi internazzjonali u l-indiċi lokali, għalkemm ma qabilx f’termini ta’ korelazzjoni, kien ukoll f’territorju pożittiv. L-indiċi ewlenin tal-ishma fl-Istati Uniti bdew illum b’żieda impressjonanti wara prestazzjoni mqallba fil-bidu tal-ġimgħa. Id-Dow Jones kien l-aktar wieħed pożittivi fis-sessjoni ta’ wara nofsinhar segwit minn żidiet qawwija fl-Ewropa. Il-Ġappun għalaq aktar kmieni minħabba d-diffferenza fil-ħin iżda kellu prestazzjoni ferm aħjar.

Ishma

Fl-ishma lokali kien hemm żidiet qawwija fil-Main Street Complex ferm akbar minn dawk fil-Bank of Valletta, il-Mapfre u l-MiddleSea. L-Ishma ta’ Main Street Complex wrew żieda ta’ 10%. Fin-naħa negasttiv kien hemm l-RS2 Software ju Simonds Farsons Ciks tilfu ftit aktar miknn 1%. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.22%.

Bonds

Bħal fil-każ tal-ishma, kien hemm żidiet kbar fil-bonds. L-Investar żdiedu kważi 14%. Il-Grand Harbour Marina avvanzaw 3% segwiti minn 1% fl-AX u fl-Eden. Il-Premier Capital u l-Mediterranean Maritime kellhom moviment ta’ nofs punt perċentwali b‘tal-ewwel jiżdiedu u tat-tieni jitilfu. L-akbar telf kien fil-Bortex b’0.71%. Iżda dan mhuwiex xi tnaqqis drammatiku.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt Brent laħaq il-punt ta’ reżistenza ta’ bejn 71.28 u 71.95 li mistenni jillimita ż-żieda.

Id-deheb kompla jibni fuq il-moviment pożittiv ta’ matul il-jum u żdied għall-ogħla prezz fi tlett ijiem ta’ $1,720 matul is-sessjoni bikrija fl-Amerikan ta’ Fuq. Il-fidda telgħet sa €25 iżda rnexxielha tagħlaq il-jum żil fuq minn dan il-limitu kritiku. Bid-dollaru taħt pressjoni kbira minn bejgħ qawwi, il-fidda marret tajjeb u telgħet għal $25.98 għal żieda ta’ 3%.